Koppja Bulgara ngħatat sentenza ta’ disa’ xhur ħabs sospiżi għal tmintax-il xahar, wara li fil-Qorti ammettew li kissru karozza, wara li tkeċċew minn lukanda f’Buġibba.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-każ seħħ il-Ħamis li għadda. Intqal kif il-Pulizija rċeviet rapport dwar karozza pparkjata u sabitha mkissra. Ġie spjegat ukoll kif l-affarijiet li kien hemm fil-karozza ma kinux ta’ sid il-karozza.
Hawnhekk ġie spjegat li hekk kif tkeċċew mil-lukanda, l-akkużati poġġew l-affarijiet f’din il-karozza.
L-imputati ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom u l-Qorti ordnat ukoll sabiex iħallsu iżjed minn sitt mija u ħamsin ewro fi spejjeż li kkaġunaw f’din il-karozza.