Raġel qed jinżamm arrestat filwaqt lis-sieħba tiegħu ser tkun assistita minn uffiċjal tal-‘Probation’ għat-tliet snin li ġejjin.
Dawn iż-żewġ persuni li jinsabu fil-vizzju tad-droga tressqu l-qorti bil-mara tkun akkużata li għamlet rapport falz, filwaqt li r-raġel ġie akkużat li żamm il-mara mingħajr ir-rieda tagħha meta hi ma riditx tkompli bir-relazzjoni minkejja li kellhom tlett itfal.
Ir-raġel ta’ 32 sena kien akkużat ukoll b’ theddid u sekwestru filwaqt lill-mara li għandha 34 sena ma’ qalitx il-verita’ fir-rapport, u għalhekk il-Maġistrat wissiha li wettqet reat gravi madankollu fil-Qorti ntqal li jkun iktar għaqli li din tingħata l-kura biex toħroġ mill-vizzju tad-droga u kien għalhekk lill-Qorti ordnat li din il-mara tkun assistita minn uffiċjal tal-‘Probation’.
Dan filwaqt lir-raġel ser jibqa’ arrestat minħabba li ma għandux residenza oħra fejn immur joqgħod hekk kif il-Qorti hija tal-fehma lill-koppja ma’ tistax terġa tmur tgħix fl-istess apartament li huwa mikri f’ isem il-mara.