Koppja Belġjana li daħlet f’ċirku tat-traffikar tad-droga riskjuż sabiex il-mara taffordja tħallas trattament tas-saħħa ġiet kkundannata dsatax-il sena ħabs u kif ukoll biex tħallas is-somma ta’ €35,000.
Carine Rose-Marijke Donckers, ta’ 51 sena, li taħdem għal rasha, u Johnny Jos Haest, ta’ 46 sena, impjegat fin-negozju ta’ martu, tressqu quddiem il-Qorti f’Ġunju li għadda, bit-tnejn li huma jinstabu ħatja għal sensiela ta’ reati relatati mad-droga, prinċipalment għall-importazzjoni u t-traffikar tal-kokaina u l-kannabis.
Meta ddeċidiet dwar il-piena, l-Imħallef Edwina Grima rrimarkat li ma setgħetx tinjora diversi ċirkostanzi aggravanti, bħall-ammont tad-droga misjub – li ammonta għal 14kg ta’ kokaina b’purità ta’ 55% u kilogramma ta’ kannabis, ir-rwol sinifikanti tal-koppja fiċ-ċirku tat-traffikanti tad-droga u l-fatt li dan ma kienx inċident iżolat.
Min-naħa l-oħra, il-fatt li l-akkużati ammettew fi stadju bikri tal-proċedimenti u għenu lill-pulizija fl-arrest u l-prosekuzzjoni ta’ persuni oħrajn involuti ġew ikkunsidrati wkoll.