Anzjan ta’ 77 sena u martu ta’ 74 sena jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif nirien ħakmu l-kċina ta’ darhom fi Triq iċ-Ċimiterju f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ fis-14:15 u l-anzjani ma weġġgħux, iżda peress li belgħu xi duħħan, ittieħdu għall-kura l-isptar Mater Dei. Grazzi għal ħidma konġunta bejn il-Pulizija u l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, in-nirien kienu kkontrollati f’ħin qasir.