Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon kellu laqgħa mal-Ministru għax-Xogħol u l-Ġustizzja Soċjali tar-Rumanija bl-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali fl-oqsma tal-familja u l-politika soċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Din il-laqgħa bejn il-Ministru Malti Michael Falzon u l-Ministru Rumena Lia-Olguta Vasilescu, li saret f’Bucharest fir-Rumanija, ġiet konkluża permezz tal-iffirmar ta’ dikjarazzjoni konġunta.
Matul din il-laqgħa ssoktaw id-diskussjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjoni tal-gvern u l-irwol tal-NGOs, il-ġlieda kontra l-faqar, aktar drittijiet soċjali, strateġiji għal persuni b’diżabilità, u diskussjonijiet dwar anzjanità attiva, fost oħrajn.
Intant, dan il-ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi jiggarantixxi kooperazzjoni għas-sentejn li ġejjin li matulhom mistenni jkun hemm aktar żviluppi f’din ir-relazzjoni li tista’ tkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ pajjiżi.
Ritratt: MHAS