Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fl-iskambju tal-awguri mal-Korp Konsolari Onorarju qalet li tinsab konvinta mix-xogħol tagħhom li jikkontribwixxi għall-ġustizzja u paċi.
Diskors li fih il-President aċċennat dwar kemm temmen li dan il-korp jaħdem bis-saħħa kollha tiegħu biex jiżgura t-tisħiħ u l-inklużjoni tal-komunitajiet barranin f’pajjiżna.
Dan kollu biex tkun assigurata aktar paċi pożittiva, fejn mhux biss ma jkunx hemm ġlied, imma ħidma flimkien; fejn kulħadd iħossu li jista’ jagħti kontribut fis-soċjetà.
Il-President tenniet l-importanza tal-ħidma tal-Korp Konsolari biex jiżgura ġustizzja u servizzi għal dawn il-persuni li jirrapreżentaw, u tkun assigurata d-dinjità ta’ kull individwu.