Fil-Palazz ta’ Sant’ Anton, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca laqgħet lil Michela Pace, il-kantanta żagħżugħa li rebħet X Factor Malta.
Il-President, filwaqt li ferħet lil Michela għas-suċċess tagħha f’din il-kompetizzjoni, awguratilha kull suċċess għall-Eurovision Song Contest ta’ Mejju li ġej, u għal dak kollu li ser iġib miegħu il-kuntratt diskografiku li rebħet. Il-President Coleiro Preca qalet li għaliha u għall-Maltin, Michela hija diġà rebbieħa u li, “konvinta li ser tkun Ambaxxatriċi denja ta’ pajjiżna.”
Michela kienet akkumpanjata mill-ġenituri tagħha, u minn Dott. Tonio Portughese, Chairman tal-Public Broadcasting Services, is-Sur Charles Dalli, Kap Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services u mis-Sur Anton Attard, Producer tal-programm Xfactor Malta.