Il-pulizija f’Londra qed tiġi kkritikata wara li waqqfet velja li saret għal Sarah Everard, wara li uffiċjal tal-pulizija qed ikun akkużat bil-ħtif u l-qtil tagħha wara li din għebet hi u mixja lejn id-dar tagħha fi Brixton.
Fil-velja pulizija dehru jarrestaw numru ta’ nisa preżenti bil-pulizija tgħid li b’kollox saru erba’ arresti sabiex tkun protetta s-sigurtà tan-nies. Dan anke fid-dawl tar-restrizzjonijiet li għadhom imposti kontra t-tixrid tal-Covid-19.
Din qajment rabja kbira kemm minn dawk preżenti u anke min-numru ta’ persuni mix-xena politika. Fosthom il-Kap tad-Demokratiċi liberali Sir Ed Davey li qed jitlob għar-riżenja tal-kummissarju wara dawk dawk li rrefera għalihom bħala xeni tal-mistħija.