Dan l-aħħar qamet kwistjoni dwar min għandu jgawdi mill-flus li jintefgħu fil-funtana tant popolari: Fonatana di Trevi f’Ruma.
Huwa stmat li f’sena jintefgħu b’kollox madwar €1.5 miljun f’muniti mit-turisti, bi skop ta’ awgurju tajjeb jew xewqat diversi.
Is-Sindku ta’ Ruma u l-Knisja Kattolika Rumana jinsabu f’kontroversja bejniethom dwar jekkx il-flus għandhomx ikomplu jmorru għall-istituzzjonijiet tal-karità li jgħinu nies foqra jew inkella jintużawx biex titjieb l-infrastruttura tal-belt li qed taqa’ biċċiet.