Uffiċjali Ingliżi responsabbli mil-wirjiet tal-klieb jinsabu f’taqtiha bejniethom, filwaqt li hemm pjan li teknika sigrieta li tintuża waqt il-kompetizzjonijiet tibda tkun projbita. The Kennel Club jixtiequ jaqtgħu l-użu ta’ dak imsejjaħ ‘double handling’ minħabba tħassib li dan jikkawża stress qawwi fuq il-klieb.
Din it-tekinika tinvolvi l-użu ta’ trainer sekondarju, moħbi minn għajn il-pubbliku, jipprova jiġbded l-attenzjoni tal-kelb li jkun qiegħed jeżebixxi ruħu, permezz ta’ suffara jew ġugarell. B’hekk il-kelb jidher ferm iktar żvelt.
Dan kollu qiegħed jiġri wara investigazzjoni fuq German shepherd li rebaħ l-unur tal-aqwa razza meta ħafna sostnew li din il-kelba ma setgħatx tirbaħ, minħabba problemi f’darha. Sidha madanakollu ssostni li l-kelba b’saħħitha u għandha ċ-ċertifikati li juru dan.
Esperti sabu li t-tattika, li mid-dehra ilha tintuża deċenji, ġġiegħel lill-klieb iqajjmu widnejhom ħafna aktar, filwaqt li jidtrittaw. Aktarx li issa se jkun hemm membri fost il-pubbliku jaraw jekk hemmx min qiegħed jaġixxi ta’ ‘second handler’.