Ħallew il-frott miżuri u kampanji biex jikkontrollaw l-infezzjonijiet fl-isptar Mater Dei tant li -infezzjonijiet bl-MRSA f’pajjiżna naqsu b’90% fl-aħħar snin. L-MRSA hija infezzjoni reżistenti għall-antibijotiċi, li hija komuni fl-isptarijiet.
Fl-2009, l-MRSA f’Mater Dei kienet tinstab f’żewġ każijiet fuq kull 1,000, filwaqt li s-sena li għaddiet l-MRSA nstabet 0.16 fuq kull 1,000 każ f’Mater Dei.
Waqt żjara tal-Ministru Fearne f’Mater Dei intqal li l-miżuri li ttieħdu fl-isptarijiet tagħna fl-aħħar snin f’dak li għandu x’jaqsam kontroll ta’ infezzjonijiet, fosthom b’kampanji edukattivi intensivi qalb il-pazjenti, staff u staff kliniku fl-isptarijiet tagħna dwar l-importanza tal-ħasil tal-idejn minn każ għall-ieħor wassal għal dan is-suċċess.
Kien spjegat li jkun hemm madwar 10% tal-pazjenti li jżuru l-isptar li diġa’ jkollhom l-MRSA u għalhekk dik toffri sfida li mhijiex żgħira. Sfida li qed tingħeleb b’iktar screening.