Għall-ewwel darba, l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil tkellem dwar l-iskema ta’ regolarizazzjoni li għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar. L-iskema, li kienet wiegħda elettorali, tfisser opportunità unika lis-sidien ta’ propjetà biex japplikaw u jirregolarizzaw żviluppi mhux konformi mal-liġi, jekk dawn jinsabu fil-konfini ta’ żoni ta’ żvilupp.
Simon Busuttil ħareġ kontra. Dan għamlu permezz tat-Times of Malta, fejn iddeskriva l-iskema bħala “amnestija fuq bini illegali.”
Argument li diġa’ kien eżawrit mis-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri, li qalet li bil-liġi setgħet tiddeċiedi favur amnestija, iżda mhux talli ma sarx dan, talli kien kull talba hija suġġet għal skrutinju u tista’ tkun rifjutata. Dan kuntrarju għal dak li sar fi żminijiet oħra.
Mitluba tirreaġixxi għall-aħħar kummenti tal-kap tal-Oppożizzjoni, is-Segretarju Parlamentari qalet li tinsab sorpriża kif Simon Busuttil jista’ jseħilha amnestija u kif lest li jmur kontra r-rieda tal-poplu, li vvota favur ir-regolarizzazjoni meta għażel il-Gvern preżenti.
Fakkret li f’qasir żmien dan il-Gvern waqqa’ t-Torri tal-Falkun f’MonteKristo, ħareġ ordni ta-nfurzar fuq il-lukanda Jerma u l-Mistra, beda jara li l-fish farms ikunu rikolati, ħa azzjoni fuq stalel li kienu qed jintuzaw bħala residenzi u ristoranti, naddafna scrapyards minn tunnellati ta’ skart…miżuri li żgur ma jimmeritawx it-titlu “hypocritical” li għoġbu jagħti Busuttil. Dan spejċalment meta wieħed iqis li dawn ilkoll huma passi li setgħu ittieħdu passi fuqhom fi żmien Gvern preċedenti, liema passi qatt ma waslu.
Isma’ r-rimarki tas-Segretarju Parlamentari hawn:
https://www.youtube.com/watch?v=S-vjltH3ADA