ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Birkirkara jew Ħamrun? … F’liema lokalità sejjer l-ogħla titlu tal-futbol Malti

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-PM f’attivita ta’ Jum L-Ewropa

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ordnat iħallas danni lil sewwieq li sofra diżabilità permanenti

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Norveġiż mixli fil-Qorti t’Għawdex li pprova joqtol Malti b’arma bil-ponta fil-bidu tax-xahar

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Jgħidilna li ħiet l-ilbies għal Papiet Ġwanni Pawlu, Benedittu, Franġisku u issa…

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      L-għażla tal-isem tal-Papa l-ġdid

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Ħafna Taljani offiżi bid-diska tal-Estonja għall-Eurovision ‘Espresso Macchiato

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      It-tensjoni bejn l-Indja u l-Pakistan teskala b’akkużi ta’ attakki miż-żewġ naħat

      9 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      MILL-PARLAMENT

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Naxxar L. salvi u Melita relegati

      9 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Jingħataw id-dettalji dwar sehem l-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra 

      8 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Norbert Attard jirbaħ il-Premier League of Darts

      7 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-Enemed Futsal Premier League f’fażi deċiżiva

      7 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Naxxar L. salvi u Melita relegati

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Patrijiet Agostinjani jirrakkontaw il-ħbiberija tagħhom mal-Papa l-ġdid Ljun XIV

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Jgħidilna li ħiet l-ilbies għal Papiet Ġwanni Pawlu, Benedittu, Franġisku u issa…

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Birkirkara jew Ħamrun? … F’liema lokalità sejjer l-ogħla titlu tal-futbol Malti

      9 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Awla ta’ din il-ġimgħa dwar it-tqala

      6 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Birkirkara jew Ħamrun? … F’liema lokalità sejjer l-ogħla titlu tal-futbol Malti

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-PM f’attivita ta’ Jum L-Ewropa

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ordnat iħallas danni lil sewwieq li sofra diżabilità permanenti

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Norveġiż mixli fil-Qorti t’Għawdex li pprova joqtol Malti b’arma bil-ponta fil-bidu tax-xahar

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Jgħidilna li ħiet l-ilbies għal Papiet Ġwanni Pawlu, Benedittu, Franġisku u issa…

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      L-għażla tal-isem tal-Papa l-ġdid

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Ħafna Taljani offiżi bid-diska tal-Estonja għall-Eurovision ‘Espresso Macchiato

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      It-tensjoni bejn l-Indja u l-Pakistan teskala b’akkużi ta’ attakki miż-żewġ naħat

      9 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      MILL-PARLAMENT

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Naxxar L. salvi u Melita relegati

      9 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Jingħataw id-dettalji dwar sehem l-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra 

      8 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Norbert Attard jirbaħ il-Premier League of Darts

      7 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-Enemed Futsal Premier League f’fażi deċiżiva

      7 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Naxxar L. salvi u Melita relegati

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Patrijiet Agostinjani jirrakkontaw il-ħbiberija tagħhom mal-Papa l-ġdid Ljun XIV

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Jgħidilna li ħiet l-ilbies għal Papiet Ġwanni Pawlu, Benedittu, Franġisku u issa…

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Birkirkara jew Ħamrun? … F’liema lokalità sejjer l-ogħla titlu tal-futbol Malti

      9 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Awla ta’ din il-ġimgħa dwar it-tqala

      6 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
Lokali

Kontra l-abbużi tat-tfal fil-futbol u fil-Knisja

minn ONE News 13 ta' Frar 2017
minn ONE News 13 ta' Frar 2017

Andrew Azzopardi huwa Safeguarding Officer tal-MFA u tal-Kurja Arċiveskovili lokali, u jinsab fil-qalba tal-isfida kontra l-abbużi fil-futbol u fil-Knisja lokali. L-għan prinċipali tal-ħidma tiegħu huwa l-protezzjoni tat-tfal u tal-minorenni minn kull tip ta’ abbuż. Il-gazzett KullĦadd tkellmet miegħu dwar iż-żewġ esperjenzi.

Irrakkontalna ftit fuq it-tfulija tiegħek.

Qegħdin ħamsa fid-dar, ħamest itfal u jien iż-żgħir. Kelli tfulija sabiħa, xejn ta’ barra minn hawn. L-ewwel sena nofs ta’ ħajti għextha s-Saudi Arabja għax missieri kien jaħdem hemm. Imbagħad ġejna Malta. Trabbejt is-Swieqi. Dak iż-żmien kien villaġġ żgħir, ma tantx kienu jafu bih. Illum kiber u nbidel ħafna. Għandi memorji sbieħ ħafna ta’ tfuliti. Kont immur skola l-Kulleġġ San Alwiġi.

Ħa nidħlu mill-ewwel għax-xogħlijiet tiegħek. L-ewwel bħala safeguarding officer tal-MFA. Kemm ilek f’din il-kariga?

Bdejt f’Settembru tal-2015. Qabel kont is-safeguarding manager tal-FA fl-Ingilterra. Tlaqt l-FA f’Jannar tal-2015 u l-ewwel kuntatt li kelli mal-MFA kien xi sitt xhur qabel. Kelli laqgħa ma’ Bjorn Vassallo, dak iż-żmien is-CEO tal-MFA. Konna qed niddiskutu. Jien kont ili ngħix l-Ingilterra xi tmien snin. Jien u l-mara konna qed naħsbu biex niġu lura Malta. U għamilt kuntatt ma’ Bjorn biex naraw jekk kienx hemm l-interess mill-MFA jekk nagħmlux xi ħaġa. Ir-rispons ta’ Bjorn kien pożittiv immens. U bdejna niddiskutu jekk insibx xogħol mal-MFA jew le. U wara sena diskussjonijiet bdejna xi ħaġa. Iltqajt ma’ Bjorn f’Ġunju-Settembru tas-sena ta’ wara. Imbagħad qisu ħa over Norman u bdejt niddiskuti direttament ma’ Norman. Sakemm qbilna fuq xi proġett x’se nagħmlu u ma nagħmlux. Kien hemm proġett aktar wiesa’ mis-safeguarding biss però mbagħad iffukajna fuq is-safeguarding bħala l-ewwel proġett.

Kif bdejt bil-ħidma tiegħek bħala safeguarding officer mal-FA Ingliża?

Jiena kont bdejt bħala kowċ fis-settur tal-youths u kont involut ħafna.

Però jien kont social worker. Kelli rwol fil-protezzjoni tat-tfal hemmhekk ukoll u kumbinazzjoni sirt naf li kien hemm dil-vacancy fl-FA Ingliża. Fil-fatt kien hemm xi ħadd li qalli biex napplika u applikajt. Lanqas kont naf li hemm dawn l-irwoli fil-futbol u meta applikajt u għamilt l-interview xi ħames snin ilu issa, niftakar għedtilhom li dan l-irwol kellu żewġ passjonijiet tiegħi, li huma t-tfal u l-protezzjoni tagħhom u l-futbol fi rwol wieħed u fil-fatt hekk hu. Użajt ir-rwol tiegħi hemmhekk u qed nipprova nagħmel impatt issa hawnhekk f’Malta wkoll.

Nitkellmu fuq il-kwistjonijiet ta’ abbuż. Jirriżulta li fil-familja l-aktar li hemm abbuż?

Min jabbuża t-tfal, l-akbar problema li għandu huwa l-aċċess. Biex tabbuża lit-tfal irid ikollok aċċess għat-tfal. L-aktar post li għandek aċċess huwa fil-familja. Għalhekk hawn statistika li turi li fil-familja għandek l-aktar abbuż.

Inkun korrett jekk ngħid li 98% iseħħu fil-familja mentri 2% mill-qassisin?

Aktar minn 80% fil-familji żgur. Dan li qed ngħid hu dejjem skont riċerka. Ġeneralment jikkwotaw li 80%-85% isiru fil-familja. Hemm riċerki li jikkwotaw in-numru li semmejt int imma.

Jien kont qed insemmi l-FA. Fl-FA jagħmlu ħaġa. Jagħmlu safeguarding children workshop li jsir fi tliet sigħat.

Il-viżjoni tiegħi hija li s-safeguarding ma jibqax eżerċizzju ta’ darba kull tliet snin imma jsir parti mill-filosofija tal-kowċ.

Tgħidli: Irnexxielek tagħmilha fis-sentejn u nofs li għamilt fl-FA? Le. Però bdejt edukazzjoni li tkun aktar inkorporata. Fl-Ingilterra, apparti l-korsijiet tradizzjonali UEFA A, UEFA B, UEFA C, bdew dawk li jgħidulhom youth modules: 1,2,3.

Il-focus tagħhom huwa li jittrenjawk biex tkun kowċ tal-youths. Dik hija ħaġa pożittiva.

Biex tkun kowċ tal-under 10 trid tifhem minn xiex ikunu għaddejjin l-under 10, in-9 year olds, fuq livell ta’ żvilupp, u fuq livell ta’ skola, fost oħrajn. Għalxejn toqgħod titkellem fuq tactical periodisation ma’ dawn it-tfal. Trid titkellem b’lingwaġġ li jifhmu huma, fuq kunċetti li jifhmu huma, x’għandhom bżonn huma. Għalxejn toqgħod tidħol f’dettall rigward pożizzjonijiet fil-grawnd għax il-kunċetti ta’ spazju u żmien huma kompletament differenti mit-tfal għall-adulti!

Hemm ukoll l-element li tippreveni l-abbuż. Kull min jagħmel kors l-MFA, għandu ġeneralment bejn sagħtejn jew tliet sigħat miegħi. Dan l-aħħar sentejn kull darba li kien hemm kors dejjem kelli sessjoni magħhom (mal-kowċis u first aiders). U jien nipprova fi żmien qasir nintroduċihom għas-safeguarding. Nitkellem fuq x’inhu abbuż u nipprova nurihom x’nistgħu nagħmlu biex nipprevenuh.

Malta hemm liġi li ilha fis-seħħ sa mill-2012 li kull min jaħdem mat-tfal, min jimpjegah irid jara jekk ismu jkunx jinsab fir-reġistru tal-offenders.

U kemm isir dan?

Din hija liġi. Il-liġi bdiet, jekk m’iniex sejjer żball minħabba sitwazzjoni fl-MFA stess.

Illum il-ġurnata qed ninsistu mal-klabbs li dan isir u qed nagħtu appoġġ lill-klabbs biex dan isir.

Sibna kollaborazzjoni kbira mill-maġġoranza tal-klabbs però għadna qed nistennew minn xi klabbs.

Kif tiddetermina akkost ta’ kollox li wieħed m’għandux ċerti tendenzi għalkemm ismu mhux bilfors ikun imniżżel f’dan ir-reġistru?

Isem ma jistax jiddetermina. mina. Kieku xogħli kien ikun faċli ħafna jekk nista’ niddeterminah minn wiċċ ta’ xi ħadd, minn kif jimxi jew minn kif jitkellem. Meta jkun hemm allegazzjonijiet aħna nagħmlu evalwazzjoni, u aħna nipprevenu li jiġri. Aħna rridu li nwaqqfu lil dak li jkun qabel ma jabbuża, mhux wara. Jekk ma nkunux ilħaqna u sfortunatmanet ikun għamel xi ħaġa nwaqqfuh wara mhux problema. Però nipprovaw inwaqqfuh qabel.

Però kif?

Bl-edukazzjoni. Billi inti teduka lill-istaff, lill-kowċis, lill-amministraturi, tedukahom kif għandhom ikellmu lit-tfal, kif għandu jkun l-atteġġjament tagħhom lejn it-tfal u b’hekk ikunu jistgħu jagħrfu xi sinjali li jistgħu jindikaw li hemm problema aktar fil-fond.

Dak hu l-ewwel pass. It-tieni pass hu li nagħmlu empowerment tat-tfal. It-tfal, illum huma aktar konxji ta’ x’inhu abbuż għax l-iskola jgħallmuhom dawn l-affarijiet. Jien naħseb li anki fil-futbol irridu nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.

Għalfejn le? Mela jien ġieli nistaqsi din id-domanda. Mela jien inħobb nara xi logħba futbol tat-tfal tan-nurseries fejn ikun hemm ġenituri jgħajtu b’mod sfrenat mat-tfal, u jien inħobb insaqsihom lill-kowċis:  Intom taċċettaw li għalliema l-iskola tkellem lit-tifel jew lit-tifla tiegħek b’dan il-mod? U kulħadd jaqbel li le. Mela jekk mhux aċċettabbli nitkellmu b’dan il-mod ġo skola, fil-mużew, fil-knisja, fi klabb, fiċ-ċentru, għalfejn hu aċċettat fil-futbol? Għalfejn fil-futbol hu aċċettat dan l-istorbju, l-għajjat? Kważi abbuż verbali ngħidlu jien. Din li tmur logħba u tara ż-żewġ kowċis, jiddeċiedi x’jiddeċiedi r-referi rridu ngorru. U sfortunatament ma nafux ingorru mingħajr ma nkunu kkuluriti. Irridu wkoll indaħħlu d-dagħa.

Mal-Youth FA tikkomunikaw fosthom mal-president ta’ din l-assoċjazzjoni Fr. Hilary Tagliaferro?

Iva, Fr. Hilary meta jitkellem ġeneralment naqbel miegħu. Nitkellem ħafna mal-Youth FA. Is-sena l-oħra tkellimt fil-konferenza annwali tagħhom, fuq x’qed nippruvaw nagħmlu fl-MFA, bħalissa full-time qiegħed mal-Knisja. Bi ftit sigħat li nagħmlu qed nippruvaw inlaħħqu mad-domanda li hemm, li aħna nagħtu appoġġ fuq livell ta’ taħriġ u ta’ policy lill-klabbs, kif ukoll meta jkun hemm xi tħassib jew xi individwi għall-għajnuna nippruvaw ngħinuhom.

Fil-korsijiet tiegħi dejjem ngħidilhom li jekk għandkom tħassib fuq individwu, jikkuntattjawni, ikellmuni, biex aħna mbagħad inkunu nistgħu nagħmlu evalwazzjoni indipendenti.

Meta inti tkun imdaħħal fih, jien illum il-ġurnata direttur tad-djar tat-tfal. Ma nistax ninvestiga każi ta’ abbużi fid-djar tat-tfal.

Jiġi kunflitt ta’ interess…

Jiġi, iva, kunflitt ta’ interess naħseb kelma tajba.

Ma tistax tkun Ċermen ta’ klabb u tinvestiga l-klabb tiegħek fejn jidħol allegat każ ta’ abbuż.

L-MFA qed tipprovdi servizz għall-klabbs b’xejn għalihom u jien ngħidilhom użawh.

Imma kif tkun tafu, milli tkunu smajtu, mill-għajdut tan-nies?

Dak huwa ġeneralment minn fejn jibda każ. Minn fejn tibda l-evalwazzjoni. Biex ninvestiga jrid ikun hemm tħassib. U t-tħassib irid jasal għandi mingħand xi ħadd. Għalhekk hija importanti l-edukazzjoni. Jekk inti teduka lil kull min jaħdem fil-futbol, ikun aktar faċli li l-każijiet ta’ abbuż fil-futbol jonqsu bil-bosta.

Ma jfissirx imma li l-abbuż huwa skużat. L-abbuż li kien qed jiġri 50 sena ilu, hu gravi daqs l-abbuż tal-lum. Però fuq prevenzjoni, illum il-ġurnata għandna aktar strutturi b’saħħithom, ħafna aktar kuxjenza, ħafna aktar policies u opportunità biex nieħdu azzjoni.

F’Malta, fl-MFA qed naħdmu fuq regolazzjonijiet tas-safeguarding. Bażikament huma regoli tal-futbol normali li jagħtu saħħa lill-MFA li tieħu azzjoni meta hemm tħassib dwar il-protezzjoni ta’ minuri. Bħalissa m’hemmx liġi tal-futbol li tagħtik is-saħħa li tissospendi. Għalkemm hemm bżonn li nieħdu deċiżjonijiet b’responsabbiltà u li jkollna struttura, fejn l-individwi jafu fejn qegħdin.

Il-prijorità dejjem tkun li nipproteġu lit-tfal. Dik hija r-raġuni tal-eżistenza tagħna bħala Kummissjoni tas-Safeguarding kemm fil-futbol kif ukoll fil-Knisja.

X’inhi l-ewwel ħaġa li tagħmel meta xi ħadd jiġi jgħidlek li allegatament kien ġie abbużat minn xi ħadd?

Jien m’iniex psikologu, lanqas psikjatra u lanqas pulizija. Meta jiġi xi ħadd għandi u jagħtini permess li mmur għand il-pulizija, l-ewwel ħaġa li nagħmel hi li mmur għand il-pulizja.

Jekk jiġi adult u jgħidli: meta kont żgħir kont abbużat. Jien ma nistax immur għand il-pulizja. Għax mingħajr il-kunsens ma nistax immur. Anki jekk immur, il-pulizija jgħidulek: Jien x’nista’ nagħmel?” Mingħajr vittma kif nista’ ninvestiga? Għandi bżonn vittma biex ninvestiga u nibda l-investigazzjoni. Allura aħna nippruvaw nikkonvinċu lil dak li jkun biex imur għand il-pulizija għax l-investigazzjoni tagħna hija importanti għax nistgħu nwaqqfu persuna milli jkollu rwol fil-futbol. Però l-investigazzjoni tal-pulizija hija aktar importanti għax hija investigazzjoni tal-awtoritajiet ċivili li għandhom ħafna aktar saħħa mill-Knisja, mill-MFA jew minn għaqda żgħira.

Ħa mmorru għall-ħidma tiegħek fil-Knisja. Tista’ tispjegalna x’tinkorpora fiha din il-ħidma? Naf li kien hemm reshuffle. Inti ċ-Ċermen, hux hekk?

Iva, qabel kien hemm tim imsejjaħ response team u kien ilu jeżisti mill-1999 u bażikament ir-responsabbiltà ta’ dan ir-response team kienet li jinvestigaw allegatament abbuż. Il-Knisja dak iż-żmien – u kienet avantgardista – kienet l-unika organizzazzjoni sal-lum li għandha struttura bħal din, li appuntaw imħallef, imbagħad ġie mħallef ieħor – De Pasquale u Caruana Colombo – li kienu rrispettati ħafna u ħadd ma jista’ jikkummenta xejn ħażin fuqhom għax huma nies kompetenti immens fix-xogħol tagħhom, biex jieħdu ħsieb b’mod indipendenti dawn l-investigazzjonijiet.

Sentejn ilu l-knisja indunat li, għalkemm ir-response team kienu jagħmlu xogħol tajjeb ħafna (kien hemm kritika ta’ dewmien aktar milli kritika ta’ kwalità ta’ xogħol), kien hemm approċċ aktar proattiv. Mhux biss nirrispondu għall-problema imma rridu nkunu proattivi. U hemmhekk from responding to safeguarding: jiġifieri tieħu responsabbiltà akbar għax qed tipprova tipprevjeni.

Allura aħna x-xogħol li nieħu ħsieb bħala head of safeguarding jien maqsum f’żewġ sezzjonijiet. Il-maġġoranza tax-xogħol tiegħi huwa fuq prevenzjoni: taħriġ, policy, ngħin lill-entitajiet differenti tal-Knisja kif jistgħu jagħtu aktar child centred approach.

Allura int tiffoka fuq it-tfal biss? U jekk ikun maġġorenni li jirrapporta?

Le. Aħna niffukaw fuq it-tfal u l-adulti vulnerabbli. Però, jekk ikun adult li qed jirrapporta fuq meta kien tifel, it-tħassib jibqa’ dwar it-tfal u mhux dwar l-adulti.

Għandek tħassib tat-tfal li huma taħt it-18 u għandek tħassib dwar adult vulnerabbli, adulti li għandhom tip ta’ vulnerabbiltà.

Issa aħna apposta ma nagħtux definizzjoni stretta ta’ x’inhu adult vulnerabbli għax inħobbu nagħtu flessibbiltà. Għalkemm aktar ma jgħaddi żmien aktar inħoss il-bżonn li nagħtu xi tip ta’ definizzjoni għax inkella kulħadd jiġi għandi, bi kwalunkwe problem jgħidulek mur għand tas-safeguarding.” Mhux hekk. Aħna xogħolna hu speċifiku fuq abbuż u fuq prevenzjoni ta’ abbuż.

Aħna naħdmu fuq tfal u adulti vulnerabbli għax pereżempju jekk għandek persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, hemmhekk għandek vulnerabbiltà. Jekk għandek adult li huwa residenti ġo dar tal-knisja, jekk hux adult li huwa bla dar, jekk huwiex adult li huwa anzjan, hemmhekk hemm vulnerabbiltà, hemm dipendenza fuq min qed jieħu ħsiebu u allura aħna ħadna rwol importanti.

Ovvjament imbagħad hemm it-tfal. Ix-xogħol tagħna hu li nipprevenu abbużi tat-tfal u meta hemm allegazzjonijiet ninvestigaw u nagħmlu evalwazzjoni. Dik hija il-paradigm shift.

Però kif tispjega l-fatt li m’hemmx imħallef? Għax aħna m’aħniex Qorti.Imma qabel kien hemm…

Qabel kien hemm approċċ differenti. U jien m’iniex ngħid jekk hux aħjar jew agħar. L-approċċ li nieħdu aħna hu approach ta’ risk assessment. Hemm jiena bħala head of safeguarding ta’ human rights, ħdimt mal-akbar childcare fl-Ingilterra li hija l-MSPCC… illum meta tara l-allegati abbużi tal-futbol dejjem jissemmew l-MSPCC għax huma għandhom brands li huma rikonoxxuti u għandhom il-fiduċja tal-poplu li jagħmlu biċċa xogħol tajba. U jien kont naħdem magħhom u kont nagħmel risk assessment fuq nies li jabbużaw it-tfal, u kont nagħmel terapija fuq nies li jabbużaw mit-tfal. Ma kellniex imħallfin. Aħna xogħolna ma kienx li niddeċiedu, xogħolna kien li nagħmlu rakkomandazzjonijiet professjonali fuq jekk hemmx riskju.

Ix-xogħol ta’ jekk sarx abbuż huwa xogħol tal-qrati. Għandna kollaborazzjoni tajba mal-pulizija, ħafna immens mal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji tal-pulizija, ma niqafx infaħħarhom kemm huma professjonali, naħdmu ħafna tajjeb magħhom. Għax aħna jkollna sitwazzjonijiet fejn nagħtuhom l-informazzjoni u jinvestigaw huma. Aħna nagħmlu l-evalwazzjoni tagħna, għax ir-rakkomandazzjoni tagħna li tmur għand l-Arċisqof, jew għand il-Provinċjal, jew id-Direttur tal-Għaqda, hija biss biex nipproteġu b’mod intern fl-organizzazzjoni.

Jekk għall-argument hemm xi ħadd li jaħdem fi skola u aħna għandna rakkomandazzjoni li dan ma jistax jaħdem mat-tfal u dan jieqaf u jmur jaħdimlek fi skola tal-Gvern, jien m’għandix ġurisdizzjoni fi skola tal-Gvern. Jien lanqas għandi permess li nagħtihom l-informazzjoni li hija problema kbira. Għalija hija problema kbira li tajt rakkomandazzjonijiet dettaljati, u qed nistenna risposta mingħandhom. Mill-informazzjoni li għandi qed jaħdmu fuqha. Biex ikun hemm mezz ta’ komunikazzjoni. Meta kont l-Ingilterra u kont nissospendi kowċ mill-futbol kien ikolli obbligu bil-liġi li jien l-evalwazzjoni tiegħi rrid nibgħatha lill-organizzazzjonijiet dipendenti, statali, biex ikun hemm qsim ta’ informazzjoni. Għaliex? Għax jekk jitlaqli mill-futbol dal-kowċ, imurli fit-tenis, fir-rugby, fil-cricket, imurli scout. Kif se nipproteġuhom lit-tfal? Mela informazzjoni li l-professjonisti nafu biha. Mhux qed ngħid li nippubblikawhom fuq il-gazzetti. B’daqshekk ma nemminx li se nagħmel xi ġid. Imma xi mod li naqsmu l-informazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet huwa importanti.

Mela l-aħħar kelma li tissospendi tkun tiegħek?

Il-Knisja qed tgħid le. Aħna nagħtu rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni. Ma jsirux sospensjonijiet?

Aħna nagħtu rakkomandazzjoni.

Lill-Arċisqof?

Pereżempju jekk ikun Djoċesan, lill-Arċisqof. Jekk ikun reliġjuż, lill-Provinċjal tar-reliġjużi. Imbagħad jien ix-xogħol tiegħi hu li naħdem ma’ dak li jissejjaħ l-Ordinarju (skont il-liġi kanonika) li huwa l-Arċisċqof jew il-Provinċjal, fejn huma jieħdu deċiżjoni. Jekk il-Kummissjoni, li jien id-direttur tagħha, jekk il-Kummissjoni tas-Safeguarding, li jien ma nkunx preżenti waqt l-investigazzjoni u każijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tfal jiena noħroġ – m’għandix x’naqsam la fl-investigazzjoni, la fl-evalwazzjoni, u lanqas fid-deċiżjoni. Jien ma nidħolx fiha minħabba kunflitt ta’ interess. Id-deċiżjoni tiġi għandi u nieħu deċiżjoni jien bħala direttur.

Il-fatt li l-Arċisqof Scicluna nnominak… Dan huwa sens ta’ fiduċja fik. X’relazzjoni hemm mal-Arċisqof? Żgur li jgħinek. Hu espert.

Jien għandi relazzjoni tajba mal-Arċisqof. Ikolli ngħid li jisma’ ħafna fuq dak li ngħidlu. Għalkemm hu għandu ħafna esperjenza u jifhem ħafna fuq ix-xogħol tiegħi, dak lili jgħinni ħafna. Meta nitkellem fuq xi ħaġa jifhimni, jifhem dak li għandi xi ngħid. Però għandu sens ta’ umiltà wkoll, u jimxi mad-direzzjoni li nagħtuh bħala kummissjoni. Hu jgħid li “appuntajt grupp ta’ esperti (jiena ddejjaqni dil-kelma u nippreferi grupp ta’ professjonisti) li jifhmu fis-suġġett, u x’inhi r-raġuni li nappuntahom u ma nimxix mar-rakkomandazzjoni tagħhom?”

L-esperjenza li għandi miegħu hija pożittiva mmens. U aħna nikkomunikaw ħafna. Għandna relazzjoni ta’ fiduċja u jien nħoss li jafda fil-feedback li nagħtih jien. Kburi ħafna bir-relazzjoni li għandna.

Sfortunatament sforz l-allegati każijiet ta’ abbuż, li xi drabi ġew anka kkonfermati fil-passat fuq tfal fl-istituti, hawn l-idea li meta ssemmi qassis jgħidu li hu pedofelu. Kif qed tikkumbattu? X’taħseb fuq kummenti bħal dawn?

Għalkemm huwa kumment li nifhem għalfejn jingħad, però statistikament huwa kumment żbaljat. Jien li ngħid hu li l-aktar ħaġa li nista’ nagħmel … jiena xogħli mhux li ngħin l-image tal-qassis, dak mhux parti minn xogħli. Xogħli hu li nara li l-ambjent tal-Knisja, kollu kemm hu, meta t-tfal jidħlu u joħorġu f’ambjent tal-Knisja, dawn ikollhom esperjenza pożittiva nieqsa mill-abbuż.

Però nemmen jekk nagħmel xogħli, awtomatikament ikun hemm konsegwenza li l-image tal-Knisja u tal-qassis titjieb. Però għandi biżżejjed fuq xiex ninkwieta u x’nagħmel… ma noqgħodx ninkwieta fuq kif nista’ ntejjeb l-image. Però nemmen li jekk nagħmel xogħli, awtomatikament… u jekk noħolqu ambjent pożittiv u ambjent iffukat fuq it-tfal… u aħna sfortunatament u vera sfortunatament li l-unika żewġ entitajiet li għandhom dawn it-tip ta’ rwol fihom huma l-Knisja u l-MFA… għax nagħmel ix-xogħol jien kemm fil-Knisja u kemm jien fl-MFA.

Bosta nies jgħidu li saċerdot ġaladarba jkun ordnat anki jekk sfortunatament ikun involut f’każi ta’ abbużi jagħmel x’jagħmel jibqa’ għaddej. Anki jekk ikun approvat li għamel. Fil-fatt jiġu sospiżi? U jekk jiġu, hawn min jgħid kemm jibdlulu l-parroċċa u jibqa’ għaddej. Qatt ma jitneżża’ mil-libsa pereżempju.

Jien nista’ nitkellem fuq l-esperjenza tiegħi f’dawn is-sentejn. Aħna meta jkun hemm rakkomandazzjoni ta’ sospensjoni, din tmur għand l-Arċisqof jew għand il-Provinċjal. U diment li dik id-deċiżjoni tittieħed ikun hemm follow up. Ma jfissirx li jekk jissospenduh dan jitneżża’ minn qassis. Jien m’għandix l-awtorità li nneżża’ qassis. Il-Vatikan għandu l-awtorità li jneżża’. Is-CDF. Il-Congregation de la Fed.

U aħna nagħmlu follow up mas-CDF u dawn idumu ż-żmien jiġifieri.

Però iva, meta jkun hemm tħassib u jkun hemm sospensjoni jkun hemm follow up.

F’Malta kien hemm każijiet ta’ sospensjoni. Ma jissemmewx fil-pubbliku.

Aħna għandna ħaġa li kif kont qed ngħidlek qabel, għandna ħaġa li ħadd aktar ma jagħmilha. Għandna rapport annwali u fih ikun hemm miktub eżatt xi ssospendejna u x’ma ssospendejniex is-sena li għaddiet.

U lil min ukoll?

L-ismijiet le. L-unika ħaġa li tissemma hi li meta xi ħadd jitneżża’ mill-Vatikan minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tat-tfal, l-isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ftehmu li se jippubblikaw l-ismijiet.

Qabel ma kinux?

Qabel ma kinux. S’issa ppubblikaw isem wieħed. Għax minn dak iż-żmien ’l hawn hu l-uniku bniedem li ġie mneżża’ għax l-uniku bniedem li ssemma.

L-aħħar messaġġ tiegħek, Andrew.

Fil-konferenza stampa tal-MFA ta’ Diċembru għedt li rridu niffukaw fuq erba’ affarijiet, erba’ kolonni jew prinċipji. Nirrepetihom.

  1. Tippromwovi reklutaġġ sikur. In-nies tagħżilhom mhux għax int iddisprat, l-ewwel wieħed li jiġi, jew agħar minn hekk b’email fejn lanqas tiltaqa’ ma’ dik il-persuna.
  2. Ikun hemm policies u training lill-individwu. Il-viżjoni tiegħi hi li fit-tliet snin li ġejjin kulħadd fil-futbol, u kulħadd fil-Knisja jkun attenda mqar sessjoni waħda ta’ introduzzjoni miegħi jew mat-tim tiegħi. Għalija jrid ikun obbligu għal kulħadd jekk jaħdem mat-tfal. L-Ingilterra huwa obbligu. Għalfejn it-tfal Maltin huma inqas? Ikun hawn min jgħid li l-kultura Anglo-Sassona hija differenti mill-kultura Maltija. Malta aħna aktar voċiferi, ħafna aktar ċivili, mela aktar għandna bżonn taħriġ. Forsi l-linji tal-Ingilterra huma aktar ċari. Għalina huma differenti. Imma xorta għandna bżonn it-taħriġ.
  3. Meta jkun hemm allegazzjoni nieħdu azzjoni u mhux ma jsir xejn. Kritika li kienet issir ħafna lill-Knisja kienet din. Importanti wkoll li tkun fair mal-individwu għax allegazzjonijiet foloz jeżistu wkoll.
  4. Noħolqu spazju sabiex min sofra abbuż ikun jista’ jitkellem.
TAGS abbużKnisjalogħobtfaltfulija
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Naxxar L. salvi u Melita relegati

    9 ta' Mejju 2025
  • Patrijiet Agostinjani jirrakkontaw il-ħbiberija tagħhom mal-Papa l-ġdid Ljun XIV

    9 ta' Mejju 2025
  • Jgħidilna li ħiet l-ilbies għal Papiet Ġwanni Pawlu, Benedittu, Franġisku u issa Ljun XIV  

    9 ta' Mejju 2025
  • Birkirkara jew Ħamrun? … F’liema lokalità sejjer l-ogħla titlu tal-futbol Malti

    9 ta' Mejju 2025
  • Il-PM f’attivita ta’ Jum L-Ewropa

    9 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept