ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Issir l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewtanasja volontarja assistita   

      17 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Inawgurat Youth Hub ġdid fil-kampus tal-MCAST 

      17 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-President iżżur il-kumpanija easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-operat f’Malta 

      17 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Jissokta l-aċċess tal-ġuri fil-post fejn seħħ l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-Prim Ministru Robert Abela b’għadd ta’ laqgħat bilaterali fl-Albanija 

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Mhux minnu li uffiċjali għolja Libjani ġew f’Malta

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Taħditiet ta’ paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna jintemmu f’inqas minn sagħtejn bi…

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Disgħa jinqatlu f’attakk Russu bid-drone fuq xarabank fl-Ukrajna

      17 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-finali tal-FA Trophy il-Ħadd li ġej  

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-MFA preżenti għall-75 Kungress tal-FIFA

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hibernians jaħsdu lil Hamrun S. u jiksbu post fil-finali

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Issir l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewtanasja volontarja assistita   

      17 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Inawgurat Youth Hub ġdid fil-kampus tal-MCAST 

      17 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-President iżżur il-kumpanija easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-operat f’Malta 

      17 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Jissokta l-aċċess tal-ġuri fil-post fejn seħħ l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia

      17 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      ONE b’xandira diretta mill-Vatikan għal bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV

      17 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ONE b’xandira diretta mill-Vatikan għal bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV

      17 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Issir l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewtanasja volontarja assistita   

      17 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Inawgurat Youth Hub ġdid fil-kampus tal-MCAST 

      17 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-President iżżur il-kumpanija easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-operat f’Malta 

      17 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Jissokta l-aċċess tal-ġuri fil-post fejn seħħ l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-Prim Ministru Robert Abela b’għadd ta’ laqgħat bilaterali fl-Albanija 

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Mhux minnu li uffiċjali għolja Libjani ġew f’Malta

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Taħditiet ta’ paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna jintemmu f’inqas minn sagħtejn bi…

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Disgħa jinqatlu f’attakk Russu bid-drone fuq xarabank fl-Ukrajna

      17 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-finali tal-FA Trophy il-Ħadd li ġej  

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-MFA preżenti għall-75 Kungress tal-FIFA

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hibernians jaħsdu lil Hamrun S. u jiksbu post fil-finali

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Issir l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewtanasja volontarja assistita   

      17 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Inawgurat Youth Hub ġdid fil-kampus tal-MCAST 

      17 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-President iżżur il-kumpanija easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-operat f’Malta 

      17 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Jissokta l-aċċess tal-ġuri fil-post fejn seħħ l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia

      17 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      ONE b’xandira diretta mill-Vatikan għal bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV

      17 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ONE b’xandira diretta mill-Vatikan għal bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV

      17 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
Lokali

Biżżejjed provi sabiex l-erba’ akkużati jitqiegħdu taħt att t’akkuża

minn Colin Deguara 23 ta' Marzu 2021
minn Colin Deguara 23 ta' Marzu 2021

L-aħwa Adrian u Robert Agius magħrufa bħala tal-Maksar, Jamie Vella u George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż tpoġġew taħt att ta’ akkuża wara li l-qorti rat li hemm biżżejjed provi fil-konfront tagħhom.  Huma qed jaffaċċjaw akkużi b’rabta mad-delitti ta’ Daphne Caruana Galizia u tal-Avukat Carmel Chircop.

Fl-istess seduta li fiha l-Maġistrat tat id-digriet tal-Prima facie, kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda.  Minn fomm Vincent Muscat magħruf bħala l-Koħħu l-Qorti semgħet pass pass kif twettaq l-omiċidju tal-avukat Carmel Chircop lura fl-2015.  Dan mill-mument li ġie ppjanat id-delitt madwar sitt ġimgħat qabel il-qtil għall-mument li ġew sparati erba’ jew ħames tiri f’dahar Carmel Chircop nhar it-8 ta’ Ottubru 2015.

Vincent Muscat spjega kif kienet qed issir pressjoni kbira fuqu u fuq George Degiorgio minn l-aħwa Adrian u Robert Agius sabiex iwettqu d-delitt.  Spjega kif dakinhar tad-delitt hu, George Degiorgio u Jamie Vella marru b’karozza żgħira misruqa.  Muscat qal kif għal bidu telgħu fis-sular ta’ fuq fejn kien hemm tieqa li minnha setgħu jaraw lill-avukat ġej lejn il-garaxx.  Spjega kif ftit tal-minuti qabel ġie niżlu bil-karozza fis-sular tal-pjan fejn kien hemm il-garaxx ta’ Chircop u bil-karozza startjatha baqgħu jistennewh hemm.

Muscat tenna li kif wasal Chircop u kien għodu fetaħ l-ewwel biebha tal-garaxx, George Degiorgio saq il-karozza tant li Jamie Vella li kien bilqiegħda warajh ġie madwar metru u nofs il-bogħod mill-vittma.  Fl-awla hawnhekk tenna kif Vella ħareġ idu barra mit-tieqa u b’pistola kulur il-fidda spara minn erba’ sa ħames tiri lejn l-avukat Chircop.

Huwa kompli jagħti d-dettalji dwar it-traġitt lura lejn il-garaxx f’Santa Venera u kif il-pistola George Degiorgio ħbieha fi sprall fil-binja tal-garaxx sakemm din twaddbet fil-baħar imgewżra fl-akwati ta’ Albert Town fil-Marsa.

Vincent Muscat xehed ukoll dwar laqgħa li hu u l-Avukat li kellu dak iż-żmien u li ma jistax jissemma fuq ordni tal-qorti kellhom mas-supretendent Keith Arnaud.  Arnaud stess ukoll xehed dwar din il-laqgħa u spjega kif l-avukat qallu li Muscat xtaq ibiddel il-verżjoni tiegħu biex jgħid li kien gideb meta qal li Melvin Theuma kien involut fil-qtil ta’  Daphne Caruana Galizia.  Meta Arnaud qallu li dan ma kienx ser ikun possibli, l-avukat talbu sabiex iħallih jagħmel dan jekk ma jridx li l-ħajja tal-Avukat, ta’ Vincent Muscat u l-qraba tkun fil-periklu.  Madankollu, Vincent Muscat irrifjuta li jbiddel il-verżjoni tiegħu.

Il-Qorti ddeċidiet ukoll dwar talba li saret biex l-akkużati u l-avukati tagħhom jitħallew jiltaqgħu kollettivament flimkien fil-ħabs.  Hija spjegat kif biex persuna taħt arrest tkellem avukat m’hemm l-ebda bżonn ta’ permess.  Hija osservat li l-imputati u l-avukati tagħhom għandhom id-dritt li jħejju ruħhom bl-aqwa mod għall-każ madankollu l-Qorti astjeniet milli tiddeċiedi hi dwar din it-talba hekk kif din hija prerogattiva tad-direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u għalhekk ħallietha f’idejh sabiex jiddeċiedi hu.

Rapport iddettaljat b’mod dirett

12:39 – Il-Qorti rat li hemm biżżejjed provi sabiex l-akkużati kollha jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża. Is-seduta tal-lum intemmet u l-kawża ser tkompli tinstema’ fid-29 ta’ April.

12:35 – Vincent Muscat irrakkonta kif dakinhar tad-delitt huwa niżel għall-bomba Santa Venera u tela’ l-Bidnija biex iġib iċ-ċwievet tal-garaxx fin-Naxxar mingħand Alfred Degiorgio . Qal li wara mar in-Naxxar u poġġa l-bomba fil-garaxx. Spjega kif imbgħad għamlu xi siegħa u nofs oħra jgħassu u kif ikkalkulaw il-ħin li l-karozza ser tibqa’ fejn hi rrakkonta li George Degiorgio telaq lejn id-dar. Qal li hawnhekk kellu diġà l-bomba tal-mobile miegħu. Qal li Muscat kien sejjer lejn id-dar iżda ma tantx kien fadal ħin biex jerġgħu imorru u għalhekk mar l-appartament ta’ Alfred Degiorgio.

12:27 – Reġa’ daħal fl-awla Vincent Muscat il-Koħħu u hemmhekk bdiet il-kontro-eżami tad-difiża.

Id-difiża bdiet issaqsi dwar il-garaxx fil-Mosta u jekk dan kellux iktar minn sett ta’ ċwievet wieħed. Id-difiża staqsiet dwar jekk kienx hemm meta tbattal il-garaxx minn xi ħwejjeġ.

Huwa spjega li ma kienx hemm. Anke meta mistoqsi dwar min ġab l-armi, qal li dan skont x’qallu Alfred Degiorgio. Vincent Muscat ġie mistoqsi wkoll dwar numru ta’ armi li Muscat qal li kien ġabulhom biex iwettqu d-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia. Muscat kien qal li tnejn minnhom kienu msaddin. Meta mistoqsi għaliex l-akkużati li suppost kienu jġibu l-armi tawhom armi msaddin għal biċċa xogħol daqstant kbira, ix-xhud wieġeb li dik il-mistoqsija mhux lilu trid issir.

Muscat kien qal li l-bomba tħalliet taħt dgħajsa maqluba rasha l-isfel fit-tinda tal-patata. Muscat qal li kien hemm bieb illi ma kienx jissakkar.

Id-difiża staqsiet għaliex il-bomba tħalliet fit-tinda tal-patata meta ftit wara kellhom jerġgħu jiltaqgħu magħhom fil-garaxx in-Naxxar. Vincent Muscat qal illi dan kien x’qallu George Degiorgio.

Meta mistoqsi jekk kienx hemm riskju sabiex itella’ din il-bomba mill-Marsa san-Naxxar Muscat qal illi kien hemm. Muscat qal li l-bomba bil-messaġġ li tattivaha kienu ġabuh magħhom Jamie Vella u Robert Agius. Madankollu, id-difiża ġibtitlu l-attenzjoni li l-bieraħ f’seduta oħra huwa qal li l-mobile seta’ xtrah Alfred Degiorgio. Meta mistoqsi għaliex qal hekk il-bieraħ, Muscat qal illi kienu nxtraw ħafna mobiles. Id-difiża hawnhekk qaltlu biex jiddeċiedi dwar liema verżjoni ser iżomm u liem hija vera. Muscat qal li l-mobile ġabuħ Jamie Vella u Robert Agius, iżda dan skond x’kienu qalulu xi ħadd mill-aħwa Degiorgio.

Spjega kif huwa lanqas ra dan il-messaġġ li qed jgħid li tawh Jamie Vella u Robert Agius. Dan ukoll huwa skond x’qalulu l-aħwa Degiorgio.

Id-difiża staqsew dwar meta segwew lil Daphne Caruana Galizia sal-Phoenicia fil-lejla tan-Notte Bianca u meta huma niżlu l-bomba Santa Venera ħalli jekk ikollhom l-okkażjoni jagħmlu d-delitt.

Muscat ġie mistoqsi għaliex fuq okkażjoni waħda li kellhom huma niżlu l-Bomba Santa Venera. Dan meta fil-ġranet ta’ wara huma baqgħu jagħmlu l-għassa barra d-dar tagħha f’tal-Bidnija. Dwar għaliex ħallew il-bomba Santa Venera u reġgħux ħaduha n-Naxxar, Vince Muscat spjega kif huma qatt ma kienu jaraw il-karozza barra u allura bdew jaqtgħu qalbhom li jkollhom l-opportunitá li jdaħħlu l-bomba fil-karozza barra d-dar tagħha.

12:04 – Il-Maġistrat daħlet lura fl-awla u minnufih tat id-digriet dwar talba li saret biex l-akkużati u l-avukati tagħhom jitħallew jiltaqgħu kollettivament flimkien fil-ħabs. Hija spjegat kif biex persuna taħt arrest tkellem avukat m’hemm l-ebda bżonn ta’ permess. Hija osservat li l-imputati u l-avukati tagħhom għandhom id-dritt li jħejju ruħhom bl-aqwa mod għall-każ, il-Qorti astjeniet milli tħalli lill-imputati u l-avukati tagħhom jiltaqgħu b’mod kollettiv. Dan hekk kif qalet li din hija prerogattiva tad-direttur tal-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin u għalhekk ħallietha f’idejh sabiex jiddeċiedi hu.

Tela’ jixhed is-supretendent Keith Arnaud dwar laqgħa li kienet saret ma’ avukat u Vince Muscat. L-avukat kien talbu biex Vincent Muscat jbiddel il-verżjoni tiegħu jekk ma jridx li l-ħajja tal-avukat, ta’ Vincent Muscat u l-familjari tiegħu tkun fil-periklu. Huwa kien talab li Vincent Muscat jitħall jibdel il-verżjoni sabiex jgħid li kien gideb dwar Melvin Theuma għaliex kellu itieh xi flus. Dan wara li Vincent Muscat kien infurmah bl-involviment ta’ Melvin Theuma fid-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia. Is-supretendent qal kif dar lejn Vincent Muscat biex jara x’irid jgħid u dan qallu li hu ma jridx jibdel il-verżjoni tiegħu. Hawnhekk l-avukat tenna li għalhekk hu kien ser jieqaf hemmhekk waara li Vincent Muscat wera x’kienet ir-rieda tiegħu.

Spjega wkoll kif Arnaud staqsa dwar xi theddid li seta’ kien hemm iżda l-avukat ma riedx jagħti iżda dettalji.

Id-difiża fil-kontro-eżami innutat kif din il-laqgħa saret f’Settembru tal-2019. Huwa innota kif wara ġie arrestat Melvin Theuma u wassal lill-pulizija għal min allegatament wettaq ir-reat. Madankollu dak iż-żmien kien għadu ma ngħatax il-maħfra presidenzjali. Hawnhekk Arnaud qabel mad-difiża. B’hekk intemmet ix-xhieda tas-supretendent Keith Arnaud.

11:19 – Il-Qorti ssospendiet is-seduta għal madwar 20 minuta. Wara mistenni jixhed is-Supretendent Keith Arnaud sabiex jagħmel xi rimarki bil-ġurament. Dan qabel isiru l-mistoqsijiet tad-difiża lix-xhud Vincent Muscat fil-kontro-eżami. Fil-kontro-eżami d-difiża, għall-kuntrarju tal-prosekuzzjoni, tkun tista’ tagħmel ċertu mistoqsijiet diretti lix-xhud.

11:14 – Vincent Muscat qal illi xehed quddiem żewġ inkjesti differenti dwar iż-żewġ delitti differenti. Meta mistoqsi mis-Supretendent Keith Arnaud kif kien spjega r-rotta li tagħti għax-xena tar-reat fil-qtil tal-avukat Carmel Chircop, Muscat spjega kif huwa kien urihom ir-rotta fuq mapep li kienu ġabulu quddiemu.

Hekk intemm l-eżami mill-Prosekuzzjoni. L-avukati tal-parte civile ddikjaraw li f’dan l-istadju ser jirriservaw id-dritt għall-kontro-eżami. Id-difiża saħqet li llum lesta tkompli l-kontro-eżami.

Id-difiża talbet ukoll illi kwalunkwe stqarrija li ġiet mgħotija minn Vincent Muscat u li hija relattiva għal dawn il-proċeduri tkun esebita mill-prosekuzzjoni. Dan għal raġunijiet ta’ kontroll tax-xhieda ta’ Vincent Muscat u sabiex ikunu magħrufa d-dettalji kollha. L-avukat mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali qal kif it-talba li qed tagħmel id-difiża titratta fuq informazzjoni li ma tikkostitwix evidenza materjali għall-każ inkwistjoni. Qal dan skond l-akkużi kif miġjuba f’dan l-istadju. Il-maġistrat ser tkun qed tagħti digriet dwar din it-talba iktar tard fil-proċess.

11:04 – Qal li għall-ewwel kien jiġi Robert Agius it-tinda tal-patata u wara beda jinżel Adrian Agius ukoll. Qal li George dejjem kien ikellmu hekk, b’ċertu arja.

Huwa qed jintwera numru ta’ ritratti u qed jintalab jgħaraf dak li hemm fihom, fosthom il-binja li fiha hemm il-garaxx li kienu qed jużaw huma biex iżommu l-karozza li ntużat fid-delitt.

Is-Supretendent Arnaud innota kif dan il-garaxx f’Santa Venera baqa’ jintuża sad-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia u għal xi żmien kienu jżommu l-bomba hemm, meta kellhom f’moħħhom li jwettqu d-delitt lejn il-Belt Valletta. Vincent Muscat qal li l-garaxx baqa’ mikri għandhom u waqaf iħallas il-kirja wara d-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia. Meta mistoqsi għaliex kienu krew dan il-garaxx partikolari huwa qal li m’għandu l-ebda idea min għażlu. Qal madankollu li George Degiorgio u Jamie Vella kienu qalulu biex jibda jikrieh.

Qal li meta għalqet il-kera ma jafx x’ġara minnu l-garaxx u m’għandux idea x’ġara miċ-ċwievet iżda jaf li qatt ma rritornahom lura lis-sid.

10:53 – Vincent Muscat spjega kif George Degiorgio qisu riedha ta’ bully u kien jaqbad jidgħi fuq it-telefon miegħu. Muscat qal li Robert kien qisu jibża minn George. Hawnhekk fl-awla Robert dar lejn George u b’daħqa taħ daqqa fuq driegħu bil-ponn u Vella qabad jidħaq. Il-Qorti ġibdet l-attenzjoni ta’ Jamie Vella.

Muscat qal li d-dgħajsa kienet qisu nxtrat wara li George solvielhom il-problemi bl-avukat Carmel Chircop. Qal li madankollu dan huwa biss x’jaħseb hu. Qal li George kien qallu li Adrian Agius kellu jagħti ħafna flus lill-avukat Carmel Chircop.

10:49 – Vincent Muscat spjega kif il-pjan għamluh qisu madwar sitt ġimgħat sa xahar qabel id-delitt. Dwar il-kwistjoni tal-flus bejn l-avukat Chircop u Adrian Agius, qal li din ma kienx jaf kemm kienet ilha. Qal li jaf li kellhom xi villa lejn Baħar iċ-Ċagħaq u minħabba li kienu jafu lil Carmel Chircop eluf kbar ta’ flus, din il-villa kellha x’taqsam mad-dejn.

Muscat spjega kif huwa tħallas għoxrin elf ewro tad-delitt. Dwar ħlas li ħa ħaddieħor qal li ma jistax jgħid kemm ħadu għaliex hu ma kienx jistaqsi kemm ser jieħdu l-oħrajn.

Dwar id-dgħajsa li kellhom l-aħwa Degiorgio qal ilha għandhom minn wara d-delitt ta’ Carmel Chircop. Qal li George kien mar jiekol Ta’ Xbiex u raha għall-bejgħ u ċempel lis-sid. Spjega kif dan talbu tletin elf ewro u wara rrakkonta kif rah iċempel lil Robert Agius u qallu li għandu bżonn xi flus biex jixtri d-dgħajsa. Spjega kif wara tah il-flus u d-dgħajsa inxtrat.

10:42 – Qal li kien għad hemm ukoll l-Ak47 u l-arma l-oħra. Spjega kif jaħseb li Jamie Vella kien ġabhom miegħu għaliex “huma kienu jġibu dawn l-affarijiet minn barra bil-katamaran.”

Spjega kif l-Ak47 kien fejn saqajhom ġewwa ħalli jekk jinqala’ xi ħaġa huma u jaħarbu u jiltaqgħu ma’ xi pulizija, Jamie Vella jkun jista’ jużah. Spjega kif Jamie Vella kien jaf juża l-Ak47 għaliex kien dilettant tal-arma. Qal li l-pistola l-oħra kienet għal George Degiorgio li dejjem kien ikun iridha ħdejh.

10:37 – X’ħin waslu fil-garaxx qal li Jamie Vella qalilhom li l-karozza ser jieħu ħsiebha hu hekk kif ser joħodha lil xi ħadd biex iqatta’ l-karozza. Qal li isfel tal-binja tal-garaxxijiet kien hemm xi tappiera bl-ilma u hemm niżel George Degiorgio jaħbi l-arma użata.

Wara marru f’appartament u hemmhekk Jamie Vella nħasel u biddel biex ineħħi xi traċċi tal-porvli. Qal li kellhom boroż taż-żibel kbar u l-ħwejjeġ tagħhom tefgħuhom fil-boroż. Qal li wara hu u George Degiorgio marru lejn il-Ħamrun u kien hemm post partikolari fejn kienu jintremgħu ħafna boroż taż-żibel minn dawk li joqgħodu hemm. Qal li huma marru u tefgħu l-boroż ma’ dan il-munzell.

Qal li wara wassal lil George għall-karozza u minn hemm komplew fi triqithom b’mod seperat. Qal li sa qabel il-qtil kien ħa ħamest’elef ewro.

Wara huwa rċieva ħmistax-il elf ewro oħra. Spjega kif għaxart’ elef ewro minnhom kien tahomlu George Degiorgio ftit tal-jiem wara fit-tinda tal-patata. Spjega kif għal kumplament kien qallu jitla’ ż-Żigumar Buġibba.

Qal li Robert kien b’karozza sewda, mar ħdejha u dan tah ħamest elef ewro. Qal li sa dan iż-żmien kienu għadhom iridu jmorru jarmu l-arma li kienet għadha fl-isprall fil-binja tal-garaxx.

Qal kif huwa pparkja fejn il-garaxx, u miegħu kien hemm George Degiorgio u Jamie Vella. Qal li wara li ġab l-arma George, saq lejn il-Marsa. Kif qed jiddeskrivi l-akwati Vincent Muscat jidher li qed jirrferi għal Albert Town fil-Marsa. Irrakkonta kif huwa pparkja mal-ġenb u George Degiorgio niżel u waddab l-arma li kienet imgeżwra ftit metri ‘l barra fil-baħar.

10:24 – Vincent Muscat qal li Carmel Chircop kien dahru lejhom u laħaq għamel madwar żewġ passi l’ġewwa fil-garaxx sakemm spara Jamie Vella. Chircop kellu baskett tal-ġilda “li jkollhom dawk l-avukati” spjega Muscat.

Vincent Muscat qal kif l-arma kienet “tar-romblu” biex l-iskrataċċ ma jaqgħux barra mill-karozza u għalhekk ma jħallux evidenza fuq il-post. Spjega wkoll kif Jamie Vella kellu pistola kulur il-fidda ta’ dan it-tip. Qal li kif sema’ t-tiri baxxa rasu mill-ewwel ħalli ħadd ma jarah hekk kif malli sparaw huwa kien jaf li kienu ser jitilqu minn fuq il-post.

Spjega kif ħarġu mir-rampa u saqu lejn il-ġenb tal-iskola sakemm ġew fit-triq prinċipali. Qal li minn x’ħin waslu fuq il-post għal x’ħin ġew biex jitilqu kienu għaddew bejn nofs siegħa u siegħa. Qal li ma marrux lejn il-wied ta’ Birkirkara minħabba li hemmhekk kien iżomm ftit tat-traffiku. Qal li marru lejn in-Naxxar u daħlu fuq l-ewwel triq fejn hemm l-uffiċċju postali ta’ Birkirkara. Qal li baqgħu sejrin f’garaxx f’Santa Venera fejn hemmhekk kien hemm il-karozza ta’ Muscat. Qal li sadattant George Degiorgio niżżel is-‘sunvisors’ tal-karozza biex ma tantx jidhru.

Qal kif hu u Jamie Vella kellhom balaclava biex jaħbu l-identitá tagħhom. Vincent Muscat qed jispjega t-triq kollha li għaddew minnha sakemm waslu fil-garaxx.

10:07 – L-akkużati u x-xhud Vince Muscat irritornaw fl-awla. Infakkru li qabel ġiet sospiża s-seduta x-xhud kien qed jispjega kif seħħ id-delitt tal-avukat Carmel Chircop. Huwa kien inqatel fil-garaxx tiegħu f’Birkirkara fit-8 ta’ Ottubru 2015. Il-Maġistrat daħlet lura fl-awla u ser tkompli x-xhieda.

09:48 – Qal li żammew il-karozza mixgħulha. Spjega li kif tfaċċa l-avukat u fetaħ l-ewwel bieba, George Degiorgio ġab il-karozza eżatt mal-avukat tant li bejn Jamie Vella u l-vittma kien hemm biss madwar metru u nofs. Hemmhekk Jamie Vella sparalu bejn erba’ tiri u ħames tiri min-naħa ta’ wara.

Is-seduta ġiet sospiża għal ftit minuti.

09:43 – Spjega li stennew fis-sular fejn kien hemm inqas garaxxijiet u għalhekk kien hemm inqas ċans li jiġi xi ħadd u jarahom. Qal li baqgħu jistennew mat-tieqa. Spjega kif bejn wieħed u ieħor kienu jafu l-ħin li fih kellu jiġi l-avukat. Spjega kif Jamie Vella qgħad jistenna iżda f’mument minnhom niżlu isfel jistennew fl-istess sular li fih Chircop kellu l-garaxx. Qal li huma pparkjaw f’rokna u baqgħu jistennew. Qal li Jamie kien bilqiegħda wara George Degiorgio biex isuqu eżatt qrib mal-avukat Chircop u Vella jkun jista’ jisparalu.

09:40 – Qal li waslu fid-daħla tal-garaxxijiet, telgħu fuq nett. Is-supretendent Kieth Arnaud qallu biex jispjega l-frażi “għamilna t-toroq”. Muscat qal li meta telqu bil-karozza misruqa biex imorru sal-garaxx ta’ Chircop huma għaddew mill-istess toroq li kellhom jgħaddu minnhom wara l-qtil biex jaraw li ma kienx hemm toroq magħluqin jew ostakli li setgħu itellfu l-ħarba tagħhom.

Qal li l-binja fiha madwar tliet sulari il’ fuq mil-livell tal-art. Qal li l-garaxx ta’ Carmel Chircop kien l-ewwel wieħed fuq ix-xellug kif tidħol. Muscat qal li hu ma kellux għalfejn ikun hemm iżda riduh magħhom fil-karozza. Qal li hu fil-karozza wara kien riekeb biss, u Jamie Vella u George Degiorgio kellhom jisparaw u jsuqu minn fuq il-post.

Qal li dakinhar tal-qtil waslu Birkirkara kien għadu qed ibexbex. Spjega kif kien qed isuq George Degiorgio u Jamie Vella kien riekeb fuq in-naħa ta’ wara, warajh, u Muscat kien ħdejn Jamie Vella. Qal li qgħadu tnejn wara ħalli jekk wieħed jitbaxxa ma jidhrux. Qal li l-pjan kien li jispara Jamie Vella. Meta mistoqsi għaliex huwa wieġeb li “għax hu kellu jispara”.

Hawnhekk l-imputati infaqgħu jidħku. Xi ħaġa li wasslet biex l-avukat tal-parte civile jiġbed l-attenzjoni fil-Qorti.

Muscat qal illi Jamie Vella kellu joħroġ idu mill-karozza waqt li jkun qed jiftaħ il-garaxx l-avukat u dan kellu jisparalu mingħajr ma jinżel mill-karozza.

09:31 – Bħalissa Vincent Muscat qed jixhed dwar il-qtil tal-avukat Carmel Chircop. Huwa spjega kif Adrian u Robert Agius bdew jisforzaw lilu u lil George Degiorgio sabiex joqtluh. Qal li sabu fejn joqgħod u fejn imur ix-xogħol. Qal li bdew isegwuh u darba marru l-Waterfront tal-Birgu f’festa pubblika u rawh jiekol ma familtu. Qal kif huma bdew isegwuh filgħodu u saru jafu li joħroġ mid-dar fit-8.30 ta’ filgħodu u jibqa’ sejjer il-Belt. Qal li George Degiorgio u Robert Agius marru jfittxu l-garaxx ta’ Carmel Chircop u sabuh.

Huwa qal kif raw li ma jkunx hemm toroq magħluqa x’ħin jiġu biex jaħarbu. Huwa żied jgħid kif fil-karozza kellhom pistola u revolver li xehed dwarhom fl-inkjesta. Iżda żied jgħid ukoll li fil-karozza kellhom Ak47.

Qal li marru hu, Jamie Vella u George Degiorgio b’karozza Toyota żgħira misruqa. Qal li fuq nett tal-binja tal-garaxxijiet kien hemm tieqa li minnha stajt tarah ġej lejn il-garaxxijiet lill-avukat.

Aktar qabel – F’awla 22 kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ kontra l-aħwa tal-Maksar Adrian u Robert Agius, Jamie Vella u George Degiorgio.

Dalgħodu kompla jixhed Vincent Muscat magħruf bħala l-Koħħu. Muscat tkellem ukoll dwar messaġġ li ntbagħat minn Robert Agius tal-Maksar u li fih qal illi jekk jidħol fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jkollu l-poter illi jneħħi lill-Partit Laburista mill-Gvern.

Muscat spjega kif avukat li ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti mar il-ħabs u qallu biex jibdel il-verżjoni tiegħu u biex jgħid li Melvin Theuma kien jafu xi flus.

Spjega kif kienu qallu li xi ħadd minn qrabatu kien ser jinqatel jekk ma jibdilx il-verżjoni u għas-sigurtá tiegħu kien jaqbillu iżda huwa ma riedx jibdel il-verżjoni tiegħu.

TAGS degiorgiokumpilazzjoniMaksar
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
Colin Deguara

Colin ilu għal dawn l-aħħar 5 snin attiv fil-qasam tal-ġurnaliżmu. Huwa gradwat ukoll bħala avukat mill-Università ta’ Malta. L-iżjed rapporti li jħobb jikteb huma dawk marbuta mal-politika. B’mod frekwenti huwa jkun ukoll il-ġurnalist li jirraporta għal ONE NEWS mill-awli tal-Qorti dwar każijiet kbar li jkunu għaddejjin, filwaqt li ħadem fuq numru ta’ produzzjonijiet għall-midja soċjali b’rabta ma’ ġrajjiet kurrenti.

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Issir l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewtanasja volontarja assistita   

    17 ta' Mejju 2025
  • Inawgurat Youth Hub ġdid fil-kampus tal-MCAST 

    17 ta' Mejju 2025
  • ONE b’xandira diretta mill-Vatikan għal bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV

    17 ta' Mejju 2025
  • Il-President iżżur il-kumpanija easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-operat f’Malta 

    17 ta' Mejju 2025
  • Jissokta l-aċċess tal-ġuri fil-post fejn seħħ l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia

    17 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept