ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Internazzjonali

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Partit Nazzjonalista tad-double standards anke fil-livell ta’ Kunsilli Lokali – il-PL

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Varata Taqsima għad-Dipendenza mid-Droga biex tiġbor tagħrif xjentifiku għall-politika nazzjonali 

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Miżuri soċjali b’saħħithom favur il-familji li jikkonfermaw ir-ruħ soċjali tal-Gvern Laburista

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illum il-Prim Ministru fl-Albanija għas-summit tal-Komunità Politika Ewropea

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tgħaddi għall-finali tal-Eurovision bil-kanzunetta ‘Serving’

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illejla jmiss lil Malta … Miriana Conte tikkompeti fit-tieni semifinali tal-Eurovision 2025 

      15 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-finali tal-FA Trophy il-Ħadd li ġej  

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-MFA preżenti għall-75 Kungress tal-FIFA

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hibernians jaħsdu lil Hamrun S. u jiksbu post fil-finali

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Partit Nazzjonalista tad-double standards anke fil-livell ta’ Kunsilli Lokali – il-PL

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Varata Taqsima għad-Dipendenza mid-Droga biex tiġbor tagħrif xjentifiku għall-politika nazzjonali 

      16 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Internazzjonali

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Partit Nazzjonalista tad-double standards anke fil-livell ta’ Kunsilli Lokali – il-PL

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Varata Taqsima għad-Dipendenza mid-Droga biex tiġbor tagħrif xjentifiku għall-politika nazzjonali 

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Miżuri soċjali b’saħħithom favur il-familji li jikkonfermaw ir-ruħ soċjali tal-Gvern Laburista

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illum il-Prim Ministru fl-Albanija għas-summit tal-Komunità Politika Ewropea

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tgħaddi għall-finali tal-Eurovision bil-kanzunetta ‘Serving’

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illejla jmiss lil Malta … Miriana Conte tikkompeti fit-tieni semifinali tal-Eurovision 2025 

      15 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-finali tal-FA Trophy il-Ħadd li ġej  

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-MFA preżenti għall-75 Kungress tal-FIFA

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hibernians jaħsdu lil Hamrun S. u jiksbu post fil-finali

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Partit Nazzjonalista tad-double standards anke fil-livell ta’ Kunsilli Lokali – il-PL

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Varata Taqsima għad-Dipendenza mid-Droga biex tiġbor tagħrif xjentifiku għall-politika nazzjonali 

      16 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
Lokali

KONTINWAMENT AĠĠORNAT: Keith Schembri u akkużati oħrajn jinżammu arrestati

minn Colin Deguara 20 ta' Marzu 2021
minn Colin Deguara 20 ta' Marzu 2021

22:07 – Dak kien kollox għal-lum mill-awli tal-Qorti. Grazzi talli segwejtu dan ir-rapport aġġornat kontinwament.

22:03 – Il-ħelsien ingħata bil-kundizzjoni li jiffirma kuljum fl-għassa, li jkun preżenti kull meta jgħajtulu l-pulizija, li jidħol id-dar sal-10:00 u ma joħroġx qabel is-6:00ta’ filgħodu. Huwa jrid jiddepożita €20,000 u garanzija personali ta’ €40,000. Dan ifisser li jekk ma jimxix mal-kundizzjonijiet jitlef is-somma ta’ €60,000.

22:00 – Wara li l-Qorti rat li r-reati huma gravi u li mhux ta’ opinjoni li f’dan il-każ jeżisti l-periklu li jkun hemm intralċ tal-provi, il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

21:49 – Il-Maġistrat issospendiet is-seduta għal ftit minuti sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Vincent Buhagiar, l-Eks Direttur Maniġerjali ta’ Allied Group.

21:46 – Il-Prosekuzzjoni qalet li għalkemm l-akkużi huma dwar rakkomandazzjoni waħda mill-inkjesta, qalet li l-allegat reati huma dwar eluf ta’ ewro wara li allegatament tradixxa r-responsabilitajiet li kien fdat bihom.

Hija kkummentat ukoll dwar id-dikjarazzjoni tal-Avukat Dalli li fil-ħabs hemm il-Covid-19. Qalet li dan ma jirriżultax u li fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin qed jittieħdu l-prekawzjonijiet u l-miżuri kollha. Qalet li l-fatt li huwa anzjan ikompli juri kemm meta allegatament seħħ ir-reat kellu kull maturità li suppost żammitu milli jwettaq l-allegat reat.

21:43 – Il-Prosekuzzjoni spjegat li Vincent Buhagiar kellu rwol differenti u li kien Direttur Maniġerjali u Chairperson fi ħdan il-kumpaniji Allied u Progress Press. Qalet li f’dawn il-kumpaniji huwa allegatament għażel li jitradixxi r-responsabbilità li kellu f’dawn il-karigi.

L-Avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qalet ukoll li r-reat tal-ħasil tal-flus jista jeżisti indipendentament minn reati oħra.

21:40 – Id-Difiża qalet li kien hemm persuni li tressqu mixlija b’reati marbuta ma’ madwar 300 miljun. Qalet li hawnhekk m’hemmx paragun. Qalet li l-akkużat ma jistax ifixkel il-proċess għaliex kollox huwa riservat.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-argument tad-Difiża qed iġib diżrispett lejn il-Qorti li wara kull digriet ikun hemm id-deliberazzjoni tal-partijiet. Dan dwar l-argument li l-fatt li l-akkużat tressaq illum jista’ jippreġudikah minħabba li d-Difiża qed tgħid li l-gravità tal-allegat reat hija inqas serja.

21:32 – Dr Veronique Dalli qalet ukoll li fil-ħabs hemm persuni infettati bil-Covid-19 u peress li Buhagiar hu vulnerabbli m’għandux jittieħed il-ħabs.

21:29 – Id-Difiża kompliet tgħid kif fl-2008 it-tul tal-preskrizzjoni kien iqsar u fl-aħħar mill-aħħar ir-reat wara r-reat prinċipali huwa preskritt. Qalet li l-biża’ li jkun hemm diskussjoni ma terzi jew intralċ tal-provi illum ma jeżistix u kieku ilu li għamel hekk. Sostniet li dan il-każ ilu fil-midja.

21:26 – L-Avukat Dalli qalet li għall-kuntrarju ta’ persuni li ssemmew qabel l-akkużat mhux persuna li għandu assi jew kumpaniji barra minn Malta u li dan għandu biss investigazzjoni waħda. Hija nnotat kif minn tliet affarijiet li rrakkomandat l-inkjesta, tnejn ġew esklużi mill-pulizija. Qalet li l-akkużi huma kwistjoni ta’ diverġenza tal-interpretazzjoni bejn il-Prosekuzzjoni u d-Difiża.

Id-Difiża qalet kif ir-reat tal-ħasil tal-flus irid ikollu reat prinċipali warajh li minnhom ikun hemm il-qligħ tal-flus. Qalet li dan kien ftehim fl-2008 li skont l-Avukat xi ħadd qed jgħid li kien frodi u l-akkużat qed jgħid li dan kien xogħlu.

Qalet li ħaddieħor qed ikun akkużat li baqa’ jwettaq dawn ir-reati sat-2019.

21:20 – L-Ispettur ikkonferma li Buhagiar dejjem ikkopera bis-sħiħ u kien ikun dejjem puntwali għat-talbiet tal-pulizija.

Huwa spjega kif hemm numru ta’ tranżazzjonijiet li semmiet l-inkjesta, iżda żewġ rakkommandazzjonijiet li ħarġu mill-inkjesta ma rriżultawx fil-konfront tal-akkużat.

21:19 – L-Avukata Veronique Dalli u Dean Hili talbu għall-ħelsien mill-arrest u wara li l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat, d-Difiża talbet biex tagħmel xi mistoqsijiet lill-Ispettur Joseph Scerri.

Huwa spjega kif il-każ ta’ Vincent Buhagiar jittratta biss reati msemmija fit-tieni inkjesta li kienu seħħu lura fl-2012.

Huwa kkonferma li l-provi kollha huma dokumentati u kull prova hija priservata fl-inkjesta.

Dalli li qed tidher għall-Eks Direttur ta’ Allied Group talbet lill-Qorti biex tissepara l-każ tiegħu minn tal-akkużati l-oħra li tressqu l-Qorti preċedentament. L-Ispettur qal li l-akkużat għandu operazzjoni kirurġika skedata għall-lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar.

21:13 – Id-Difiża ma’ oġġezzjonatx għat-talba tal-Prosekuzzjoni li jkun hemm ordni ta’ ffriżar tal-assi.

Għalhekk il-Qorti ordnat it-tali ordni fil-konfront tal-akkużat.

21:12 –  Jidħol fl-awla l-aħħar akkużat li ser ikun qed jitressaq illum, Vince Buhagiar, eks Direttur Maniġerjali ta’ Allied Group li għandha f’idejha l-pubblikazzjoni tat-Times.

Huwa ġie mixli b’akkużi relatat ma’ ħasil ta’ flus, frodi, dikjarazzjonijiet foloz fosthom lil Bank of Valletta, Malta Enterprise u Dwana u li assoċja ruħu għal fini ta’ twettieq ta’ reati.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

21:05 – Wara li rat u qieset li r-reati huma ta’ natura serja u gravi u wara li rat li jrid ikun hemm serħan tal-moħħ li t-talba ma tfixkilx il-proċess, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. L-akkużata Falzon dehret tintelaq fuq l-akkużat l-ieħor u tinfaqa’ tibki hekk kif fil-Qorti il-Maġistrat qrat id-digriet.

20:53 – Il-Qorti ssospendiet is-seduta sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

20:52 – Il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-biża’ ta’ intralċ tal-provi hija waħda minn dawk il-biżgħat li minħabba fihom il-Qorti għandha kull dritt tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Hija għamlet ukoll numru ta’ referenzi għal kawżi differenti. Din ġabet reazzjoni mid-Difiża.

Id-Difiża qalet kif issa l-Prosekuzzjoni qed tuża l-iskuża ta’ intralċ f’każ li fih hemm servers li ilhom ffriżati u l-evidenza kollha hija miġbura u riservata.

20:44 – Id-Difiża qalet li llejla l-Prosekuzzjoni spezzetat l-akkużi u allura l-każijiet huma differenti. Id-Difiża sostniet illi jkun ta’ għajb jekk jkun infilsat kunċett li dwar il-ħelsien mill-arrest nibdew niċħdu din it-talba għaliex l-investigazzjonijiet ikunu għadhom għaddejjin. Id-Difiża qalet li l-Qorti qed tagħti arma b’saħħitha lill-Prosekuzzjoni li tagħżel hi meta akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest.

Huwa nnota kif l-akkużi huma differenti anke bejn l-akkużati. Id-Difiża tenniet li għalhekk il-Qorti trid tagħmel anke distinzjoni bejn akkużat u ieħor. Sostniet li nies li s-soltu jersqu b’dawn it-tip ta’ akkużi dejjem jingħataw il-ħelsien mill-arrest. Huwa beda jsemmi numru ta’ akkużati li fuq l-istess akkużi fi kliemu: “qatt m’għamlu kwarta ħabs.”

20:40 – Dwar l-ordni tal-iffriżar tal-assi u ta’ sekwestru il-Prosekuzzjoni talbet li din tkun notifikata wkoll lill-Malta Financial Services Authority. Id-Difiża ma oġġezzjonatx.

Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest u l-Prosekuzzjoni oġġezzjonatx minħabba n-natura gravi tar-reati. Qalet li dawn kienu professjonisti u messhom kienu jafu aħjar. Qalet li hemm akkużi ta’ kompliċità fi frodi u ħasil ta’ flus.

Id-Difiża talbet li tistaqsi xi mistoqsijiet lill-Ispettur Ian Camilleri. Huwa qal kif dawn kienu bil-police bail ukoll u li tul il-proċess tal-investigazzjoni kkollaboraw. Qal li sakemm kienu qed jinvestigaw ma kienx hemm problemi jew biża’ li dawn jaħarbu. Huwa kkonferma li parti kbira mill-evidenza hija bbażata fuq dokumenti. Tenna li fil-konfront tal-akkużati ngħalqu l-investigazzjonijiet filwaqt li hemm investigazzjonijiet għaddejjin fuq terzi persuni qrib tagħhom.

20:32 – Lorraine Falzon wieġbet mhux ħatja kemm għan-nom tagħha kif ukoll għan-nom ta’ Zenith Finance Limited.

Matthew Pace wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu.

20:30 – Dehru fl-awla Matthew Pace u Lorraine Falzon. Dawn qed jidhru wkoll f’isem il-kumpanija Zenith Finance Limited.

Huma qed ikunu mixlija b’reati li jmorru kontra l-att dwar il-ħasil tal-flus, li għamlu reat ta’ falsifikazzjoni u assoċjaw ruħhom Malta jew barra bil-għan li jagħmlu reat fost l-oħrajn.

20:18 – Fil-każ ta’ Alfio Schembri li huwa mdaħħal sew fl-età, qalet li hu wkoll għandu l-istess personalità taħt il-liġi u huwa akkużat b’reati simili u allura l-Qorti ċaħdet ukoll it-talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

20:16 – Il-Qorti osservat li l-akkużi huma ta’ natura serja u li x-xenarju llum inbiddel hekk kif issa qed jaffaċċjaw numru ta’ akkużi serji. Qalet li l-Qorti għandha biża’ legali u ma taqbilx mad-Difiża li tista’ sserraħ moħħha abbażi tal-fedina penali nadifa tal-akkużati. Hija ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

20:01 – Id-Difiża reġgħet spjegat kif meta tara d-dati tal-akkużati li huma bejn is-sena 2005 u bejn l-2019, huwa staqsa jekk din possibbilment togħkorx l-għajn. Sostniet li meta tara t-tibdil kbir li sar fil-liġi f’dan iż-żmien, f’dan il-perjodu twil sew, il-Qorti għandha togħkrilha għajnejha wkoll għall-fini tal-ħelsien mill-arrest. Id-Difiża tenniet li f’dan l-istadju wieħed m’għandux ukoll iħawwad il-każijiet hekk kif qal li l-każ ta’ qabel huwa differenti.

Il-Maġistrat issospendiet is-seduta sabiex tiddeċiedi dwar it-talba tal-ħelsien mill-arrest.
19:58 – L-Avukat Edward Gatt qal li dawn l-akkużati ilhom taħt skrutinju mill-2013 u li għalhekk issa m’hemm l-ebda biża’ li dawn ma jkomplu joqogħdu għall-iskrutinju.

Il-Prosekuzzjoni qalet li meta persuni tkun mixlija b’numru ta’ akkużi jkollok il-bdil fil-ħajja li huwa differenti minn meta persuna tkun sempliċiment investigata. Għall-argument li r-reati huma preskritti u ma jeżistux, l-Avukat tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali spjegat kif hemm ġustizzja waħda li ma tħares lejn wiċċ ħadd u li dawn l-akkużi ġew ikkonfermati prima facie mill-eżitu tal-inkjesti.

19:54 – Qal li hawnhekk lanqas akkużi ma kellhom isiru. Qal li l-każ jimpinġi fuq żewġ ċirkostanzi li hemm interpretazzjonijiet differenti għalihom. Qal li dik issa tkun itrattata tul il-proċess iżda qal li m’hemm l-ebda biża’ jew raġuni għaliex ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest

19:51 – Id-Difiża nnutat kif min irid jaħrab ma joqgħodx jistenna li jkun akkużat il-Qorti. L-Avukat Edward Gatt qal kif bħala akkużi kbar għandek il-frodi u l-korruzzjoni fil-privat. Qal li jekk taqbad id-data tal-2010, il-Qorti ser jirriżultalha li l-piena hija minn erba’ xhur għal sena u tliet xhur għal tliet snin. Qal li jidher li numru ta’ akkużi huma wkoll preskritti.

Qal li l-midja wkoll iżżommhom milli jaħarbu mill-pajjiż.

19:48 – Id-Difiża għamlet referenza għad-digriet li tat il-Qorti dwar il-ħelsien mill-arrest tal-erba’ akkużati preċedenti. Id-Difiża qalet li l-Qrati ma jiċħdux talba dwar il-ħelsien mill-arrest fuq biża li mhux realistika. Saħqet li l-pulizija qatt ma kellha biża’ li dawn l-akkużati jaħarbu.

Qal kif dawn l-akkużati għandhom kollox hawn Malta, filwaqt li nnutat kif Alfio Schembri għandu diffikultajiet li ġġib magħha l-età tiegħu.

L-Avukat Difensur qal li l-provi f’din il-kawża huma kollha dokumentati u ppreżentati. Jekk jingħatawx il-ħelsien mill-arrest illum jew ġimagħtejn oħra qal li mhu ser jinbidel xejn. Qal li d-deċiżjoni trid tkun ibbażata fuq ir-realtà u mhux fuq raġuni ipotetika.

19:44 – Id-Difiża għajtet ukoll lis-Supretendent Frank Tabone. Huwa spjega kif il-police bail kellu jingħata minħabba li kien ser jaqbeż it-terminu ta’ 48 siegħa taħt arrest u qal li l-liġi ma kinitx tħalli triq oħra ħlief li jagħti l-police bail.

19:41 – L-Ispettur ikkonfermat kif l-akkużati kkollaboraw tul l-investigazzjoni.

Id-Difiża rrimarkat li fl-akkużi hemm imniżżel perjodu ta’ tnax-il sena li fihom allegatament sar ir-reat. Għalhekk staqsa meta allegatament seħħ u meta ġew mixtrija l-magni tal-istampar tat-Times of Malta.

L-Ispettur ikkonfermat li l-ewwel inkjesta ma sabitx li kien hemm kickbacks. Meta mistoqsija dwar id-deċiżjoni li jkun hemm il-police bail qalet li dawn damu taħt police bail sal-lum u għalhekk ġew imressqa l-Qorti taħt arrest. L-Ispettur qalet kif li għal kull min investigat qatt ma kien hemm biża’ ta’ ħarba. Hija kkonfermat li l-akkużat Keith Schembri kien “talkative u kien iparla ħafna” fl-interrogazzjoni. Qalet li ġieli ġibdulu l-attenzjoni biex ma jkomplix jitkellem fuq affarijiet li ma jkunx mistoqsi fuqhom.

Dwar Alfio Schembri qalet li għandu problema ta’ smigħ u ċertu domandi ma jismagħhomx mal-ewwel. Qalet li kull meta kellhom police bail dejjem żammu mal-appuntamenti. Qalet li dan b’mod speċjali għal Kieth Schembri li ilu bil-police bail mill-għeluq tal-ewwel inkjesta.

19:33 – Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużati. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat hekk kif qalet li fejn jidħlu akkużi ta’ ħasil ta’ flus hemm ammonti kbar involuti. Ġie spjegat kif allegatament hemm atti ta’ falsifikazzjoni sabiex allegatament jinħbew numru ta’ reati. Spjegat kif hemm ukoll l-akkużi marbuta ma’ xhieda falza taħt ġurament quddiem il-Maġistrat inkwerenti.

L-Avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali reġgħet spjegat kif uħud mill-akkużati preżenti huma qrib ħafna ta’ persuni li għadhom qed ikunu investigati.

Id-Difiża talbet biex tagħmel numru ta’ mistoqsijiet lill-Ispettur Annemarie Xuereb.

19:26 – F’isem ta’ numru ta’ kumpaniji Malcolm Scerri, Alfio Schembri u Keith Schembri wkoll wieġbu mhux ħatja.

Il-Qorti ordnat ordni ta’ ffriżar tal-assi fil-konfront tal-akkużati u tal-kumpaniji li qed ikunu mixlija wkoll quddiem il-Qorti.

19:23 – Alfio Schembri, Malcolm Scerri, Keith Schembri u Robert Zammit wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

19:19 – Ma’ Keith Schembri u missieru Alfio Schembri qed jitressqu Malcolm Scerri u Robert Zammit.
Qed isiru wkoll numru ta’ akkużi fil-konfront ta’ numru ta’ kumpaniji.

Il-validità tal-arrest ma ġiex ikkontestat.

Fost l-akkużi hemm dawk ta’ ħasil ta’ flus, assoċjazzjoni għal fini tat-twettiq ta’ reat, frodi.

Keith Schembri huwa akkużat bir-reat ta’ xhieda falza, korruzzjoni u falsifikazzjoni. Malcolm Scerri wkoll huwa akkużat bir-reat ta’ korruzzjoni.

19:13 – Fl-awla daħlu Keith Schembri u missieru Alfio Schembri.

19:02 – L-erba’ akkużati baqgħu għal xi mumenti fl-awla u jidhru emozzjonati sew wara d-digriet tal-Qorti.

19:01  – Il-Qorti osservat li r-reati tal-imputati huma mill-iktar serji anke jekk dawn ma jwasslux għall-piena ta’ għomor il-ħabs. Il-Qorti qablet ukoll kif il-pożizzjoni tal-akkużati nbiddlet malli huma tressqu l-Qorti u ġew mixlija. Il-Qorti hija tal-fehma li l-ebda kundizzjoni li tista’ tagħti ma tista’ tneħħi l-biża’ li dawn jaħarbu mill-pajjiż. Huma ser jinżammu arrestati.

18:59 – Il-Maġistrat irritornat fl-awla u qed tistenna l-Avukati tad-Difiża biex jirritornaw.

18:47 – Is-seduta ġiet sospiża għal ftit minuti sabiex il-Qorti tiddeċiedi dwar it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

18:45 – Id-Difiża qalet li l-każijiet li ssemmew huma dwar reati li jġorru magħhom l-piena ta’ għomor il-ħabs. Qalet li f’dan il-każ ir-reati li bihom l-akkużati qed ikunu mixlija ma jġorrux piena daqshekk ħarxa minħabba li f’għajnejn il-liġi huma inqas gravi.

18:41 – L-Avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għamlet referenza għal numru ta’ sentenzi li bihom iġġustifikat l-oġġezzjoni għat-talba tal-ħelsien mill-arrest. Intqal li fir-rigward ta’ investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin hemm dawk marbuta b’mod speċjali ma’ inkjesta li ntemmet fil-bidu ta’ dan ix-xahar. Qalet li kemm l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-pulizija jaqblu li llum ma jkunx hemm ħelsien mill-arrest.

18:30 – Wieħed wieħed l-Avukati tad-Difiża qed ikomplu jittrattaw it-talba tagħhom għall-ħelsien mill-arrest. Fost l-oħrajn qed isir l-argument li ma kien hemm l-ebda għaġla li tidher neċessarja sabiex dawn l-erba’ persuni akkużati jitressqu l-Qorti llum wara li l-investigazzjoni bdiet minn inkjesta fl-2017. Intqal li l-Prosekuzzjoni kellha u ħadet iż-żmien kollu biex tinvestiga u użat sew dak kollu li toffri l-liġi bħall-police bail.

Id-Difiża qalet li hawnhekk il-Qorti mhux ser tiddeċiedi fuq il-mertu iżda qed issir talba biss għall-ħelsien mill-arrest sakemm isiru l-proċeduri tal-ġustizzja quddiem il-Qorti.

18:24 – Fl-awla għadha qed issir it-trattazzjoni dwar it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-erba’ akkużati.

18:14 – Qalet li qatt ma kien hemm biża’ li jkun hemm intralċ ta’ provi. L-Avukat Difensur innota kif numru ta’ kumpaniji li qed jgħidu jinsabu barra minn Malta llum huma magħluqin. L-Ispettur qalet li s’issa il-pulizija għadu ma rriżultalhiex dan.

Hija qalet li l-investigazzjonijiet jinvolvu terzi li għandhom rabtiet mal-akkużati.

Ġie mgħajjat l-Ispettur Ian Camilleri. Qal kif huwa investiga lil Bondin Parker. Qal li meta bagħat għaliha qatt ma kellu diffikultà biex tiġi. Qal li l-investigazzjoni dwarha skattat mill-ewwel inkjesta, dik tal-Maġistrat Galea Sciberras li ġiet għand il-pulizija f’Settembru tas-sena l-oħra. Huwa stqarr li l-investigazzjoni ilha sejra mill-2017. Qallu kif dan l-aħħar ġimgħat kellha attachment order u għalhekk kienet konxja li kienet għaddejja investigazzjoni dwarha. Fil-konfront ta’ Bondin Carter spjega li s’issa ma jidhirx li hemm investigazzjonijiet kbar fil-konfront tagħha.

Il-Prosekuzzjoni stqarret kif huma dejjem ikkollaboraw iżda llum wara li tressqu jista’ jkun hemm biża’ ġdida li dawn jaħarbu mill-pajjiż.

Id-Difiża qalet li l-gravità tar-reat li qed ikunu mixlijjin bih ma jfissirx li għandu jiġi miċħud il-ħelsien mill-arrest. Qalet ukoll kif il-fatt li jkun hemm kumpaniji barra ma jistax jagħti biża’ ta’ ħarba, lil hinn mill-fatt li d-Difiża qed tgħid li l-kumpaniji barra llum huma magħluqin.

18:02 – Id-Difiża talbet il-ħelsien mill-arrest għall-erba’ persuni akkużati. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan. Waħda mir-raġunijiet hija l-gravità tar-reati li bihom qed ikunu mixlija. Qalet li bl-aġir tagħhom huma assistew għal reati maġġuri bħal frodi u korruzzjoni fil-privat. Qalet li numru mill-akkużati għandhom numru ta’ kumpaniji barra minn Malta u qalet li għalhekk jista’ jkollhom assi li jużaw biex jitilqu mill-pajjiż. Il-Prosekuzzjoni saħqet li waħda mill-inkjesti għadha kif ingħalqet u għad hemm investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. Sosniet li kien hemm istanzi fejn kien hemm kompilazzjoni ta’ dokumenti b’attentat li jinħbew l-allegati reati.

Id-Difiża għajtet lill-Ispettur Annemarie Xuereb li ġiet mistoqsija minn meta ilhom għaddejjin l-investigazzjonijiet. Qalet li kien hemm l-ewwel inkjesta u komplew kif għalqet fil-bidu ta’ dan ix-xahar. Hija qalet li l-ewwel inkjesta fir-rigward ta’ Nexia kienet infetħet b’rikors ippreżentat quddiem dak iż-żmien Maġistrat f’ April tal-2017 u f’Mejju kienet infetħet inkjesta.

It-tieni inkjesta infetħet f’Mejju tal-2017 li kienet ġiet assenjata lill-Maġistrat Josette Demicoli. Meta mistoqsija qalet li l-pulizija kienu jassistu għal dak li kien ikun hemm bżonn fl-inkjesta u kienu aċċessaw ukoll xi searches fis-servers.

L-Ispettur meta mistoqsija qalet li bagħtu għal Brian Tonna u Karl Cini diversi drabi bil-police bail sabiex ikellmuhom. Qalet li huma qatt ma kellhom problema biex iwieġbu għall-għajta tal-pulizija u dejjem ikkollaboraw. L-Avukat tad-Difiża qed ikompli jistaqsi kemm dawn iż-żewġ akkużati kkoperaw biex jagħtu spjegazzjoni fejn kien hemm dokumenti li qajmu mistoqsijiet.

Hija wieġbet fl-affermattiv.

17:51 – L-Avukati Difensuri talbu lill-Prosekuzzjoni jekk hijiex f’pożizzjoni li tikkwantifika l-ammonti relatati mal-akkużi li qed ikunu mixlija bihom. Il-Prosekuzzjoni ddikjarat li mhix f’pożizzjoni li bi preċiżjoni tindika l-ammont tar-rikavat. Madankollu, qalet li dan imur ferm aktar min-nofs miljun ewro.

Id-Difiża oġġezzjonat għat-talba tal-Prosekuzzjoni li jkun hemm iffriżar u sekwestru tal-assi kollha tal-imputati. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni u għamlet ordni ta’ ffriżar fil-konfront tal-erba’ persuni akkużati u l-kumpaniji kollha akkużati.

17:42 – Sar ukoll l-eżami lil Brian Tonna għan-nom ta’ numru ta’ kumpaniji fosthom Nexia BT limited, BT international, SPX Services, u Willerby Trade Inc huwa wieġeb mhux ħati.

17:38 – Brian Tonna, Manuel Castagna, Karl Cini u Katrin Bondin Parker wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.

Beverly Tonna għan-nom ta’ waħda mill-kumpaniji qed twieġeb mhux ħatja għan-nom tal-kumpanija.

17:32 – Daħlet fil-Qorti l-Maġistrat Dr Charmaine Galea.

Dehret ukoll Beverly Tonna għan-nom ta’ waħda mill-kumpaniji

BT International Limited, Nexia BT Limited, Nexia BT Advisory Services Limited, BT Management Limited, SPS Services Limited fost l-oħrajn.

Ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni għall-arresti tal-akkużati.

Fost l-akkużi li qed ikunu mixlija bihom l-akkużati hemm frodi, ħasil ta’ flus, xhieda falza, falsifikazzjoni u li għamlu dikjarazzjoni falza.

17:04 – Brian Tonna, Marie Katrin Bondin Carter, Manuel Castagna u Karl Cini huma l-ewwel erba’ akkużati li daħlu fl-awla.

16:56 – F’awla 22 bdew jaslu numru ta’ uffiċjali tal-pulizija u avukati fosthom mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li ser imexxu l-Prosekuzzjoni u avukati li ser jidhru għall-ħdax-il persuna li ser ikunu qed jitressqu l-Qorti mixlija b’akkużi relatati ma’ frodi u ħasil ta’ flus fost l-oħrajn.

Aktar qabel – Bħalissa qed jitressqu 11-il persuna quddiem il-Qorti mixlija bi frodi u ħasil ta’ flus, fosthom Keith Schembri.

Dan wara l-għeluq ta’ żewġ Inkjesti Maġisterjali u investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, il-Pulizija. Il-persuni qed jitressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea.

Fil-Qorti mistennija jinħarġu akkużi kontra għoxrin kumpanija.

TAGS keith schembriPulizija tat-Taqsima tar-Reati EkonomiċiQortitxħim
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
Colin Deguara

Colin ilu għal dawn l-aħħar 5 snin attiv fil-qasam tal-ġurnaliżmu. Huwa gradwat ukoll bħala avukat mill-Università ta’ Malta. L-iżjed rapporti li jħobb jikteb huma dawk marbuta mal-politika. B’mod frekwenti huwa jkun ukoll il-ġurnalist li jirraporta għal ONE NEWS mill-awli tal-Qorti dwar każijiet kbar li jkunu għaddejjin, filwaqt li ħadem fuq numru ta’ produzzjonijiet għall-midja soċjali b’rabta ma’ ġrajjiet kurrenti.

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

    16 ta' Mejju 2025
  • Partit Nazzjonalista tad-double standards anke fil-livell ta’ Kunsilli Lokali – il-PL

    16 ta' Mejju 2025
  • Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

    16 ta' Mejju 2025
  • Varata Taqsima għad-Dipendenza mid-Droga biex tiġbor tagħrif xjentifiku għall-politika nazzjonali 

    16 ta' Mejju 2025
  • Miżuri soċjali b’saħħithom favur il-familji li jikkonfermaw ir-ruħ soċjali tal-Gvern Laburista

    16 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept