13:35 – Ftit qabel is-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, Biden wasal f’Villa La Grange fejn se jsir is-Summit.
Huwa wkoll intlaqa’ wkoll mill-President Żvizzeru Guy Parmelin.
Ftit wara, it-tliet mexxejja ħarġu fid-daħla tal-villa u wara Biden u Putin ħadu b’idejn xulxin qabel jibda s-Summit.
Kien Biden li ħareġ idejh l-ewwel lejn Putin.
Aktar Qabel – Il-President Russu Vladimir Putin wasal Ġinevra fl-Iżvizzera għal summit mal-President Amerikan Joe Biden.
Iż-żewġ mexxejja taż-żewġ qawwiet fid-dinja se jiltaqgħu għall-ewwel darba bħala mexxejja tal-pajjiżi rispettiv tagħhom.
Il-laqgħa se ssir fi żmien meta r-relazzjonijiet bejn l-Amerka u r-Russja mhumiex daqstant tajba minn żmien il-Gwerra l-Bierda.
Fl-Iżvizzera kemm sigurtà massima, b’toroq magħluqin u servizz tat-trasport pubbliku sospiż.
Putin wasal f’ Villa La Grange, il-post fejn se jsir is-Summit.
Huwa kien milqugħ mill-President tal-Iżvizzera Guy Parmelin.
L-arrest ta’ Alexei Navalny, kritiku tal-Kremlin mistenni jkun diskuss fil-laqgħa.
Wara l-laqgħa, Biden u Putin mistennija jindirizzaw il-midja b’mod separat.