Il-popolazzjoni Maltija f’Malta u Għawdex fl-aħħar tal-2016 kienet 440,433. Żieda ta’ 1.4% meta mqabbla mal-2015.
Skont ċensiment li ttieħed is-sena li għaddiet, hawn 220,914 raġel u 219,519 mara.
Il-Maltin u l-Għawdxin jagħmlu biss 0.1% tal-popoazzjoni Ewropea.
Skont ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-migrazzjoni żiedet il-popolazzjoni b’4,876 fl-2016, jiġifieri erba’ darbiet aktar kieku żdiedet b’mod naturali.
Kienu reġistrati 4,527 twelid fl-2016, 642 aktar meta mqabbel ma’ 10 snin ilu. Mietu 3,342 persuna, jiġifieri seba’ persuni minn kull 1000 mietu.
Kien hemm 3,034 żwieġ reġistrat f’Malta u Għawdex, u l-maġġoranza ta’ dawk miżżewġa kellhom bejn 25 u 34 sena meta żżewġu.