Gela fi Sqallija tinsab eżatt faċċata tal-gżira Maltija. Dan il-pajjiż jitqies bħala wieħed li fih ħafna kliem mitkellem li jixbaħ mhux ftit lil dak mitkellem f’pajjiżna.
Mhux biss il-kliem Taljan bħal intelliġenti, importanti u interessanti iżda kliem simili bħal ċavetta, żarbun, lazz, ottubru, segretarju, imqass, ħelu u oħrajn.
Gela huwa pajjiż ikkulturat ħafna u fih tradizzjoni ħelwa fejn fil-festa ta’ San Ġużepp jinġabar ħafna ikel mill-familji u jitpoġġa f’dar waħda b’żewġ siġġijiet.
Imbagħad ikun hemm persuni li jirrappreżentaw lil Marija u Ġużeppi u jħabtu l-bibien biex ifakkru meta l-familja Sagra daret il-lukandi u sabet il-bibien magħluqin sakemm fl-aħħar sabet qalb tajba li ħennet għalihom. U hekk jiġri f’Gela, fejn fl-aħħar il-personaġġi simboliċi jiġu milqugħa ġo dar fejn issir ikla kbira għall-fqar tal-pajjiż.
Is-sena l-oħra f’din l-ikla, kielu 31 persuna fil-bżonn.