Il-kantanta Celine Dion ħabbret li kellha tikkanċella 16-il kunċert mit-tour tagħha minħabba problemi ta’ saħħa. Il-kunċerti bħala parti mill-‘Courage World Tour‘ kellhom jitkomplew minn Marzu li ġej.

”Kont verament qed nittama li ser inkun tajba, imma nissoponi li rrid inkun aktar paċenzjuż u nsegwi l-kors li qed jigwidawni t-tobba tiegħi”
Celine Dion – Kantanta

Celine Dion tibqa’ l-aktar magħrufa għal-kanzunetta mill-film Titanic, “My Heart Will Go On” li għaliha rebħet żewġ Grammys fl-1998.