“Għal żmien twil emmint li l-politika hija maħmuġa, f’dawn is-snin emmint li l-politika tista’ twassal għal ħajja aħjar.“
Dan kien il-messaġġ ta’ żagħżugħa li hija femminista, Samantha Pace Gasan. Stqarret li f’dawn is-snin pajjiżna għamel passi importanti favur il-mara iżda bħala tfajla attivista tixtieq li l-partit politiċi jkomplu jmexxu ‘l quddiem li n-nisa u l-irġiel għandhom post indaqs fis-soċjetà.
“Nixtieq li bħala tfajla jkompli jkolli l-opportunità li nsemma’ leħni mingħajr ostakli u nikkontribwixxi fis-soċjeta. Ma rridx li jkolli għalfejn naħseb x’se jiġri mill-karriera tiegħi la jkolli t-tfal.”
Għalhekk, Samantha se tkun qed tivvota lil Partit Laburista għax fi kliema huwa l-Partit li jista’ jkompli jassigura b’aktar miżuri li l-mara tkun daqs ir-raġel fis-soċjetà biex pajjiżna jkompli joħroġ mill-kultura partijarkali.
Samantha appellat lil kandidati u Membri Parlamentari biex jaħdmu li jassiguraw li Malta timxi ‘l quddiem biex jiġi assigurat li kull persuna titqies indaqs.
Minn tfajla li kienet tħares lejn il-politika bħala xi ħaġa maħmuġa li ma twassal għalxejn, illum taħt Gvern Laburista se tkun qed tkompli tagħti sehma f’dan il-moviment u se tibqa’ attiva għax ma tibżax titkellem dwar id-drittijiet tan-nisa.