Fil-bidu meta bdiet tingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, kien kontra li jitlaqqam iżda issa li qed jara dak kollu li familtu għaddejja minnu kawża tal-Covid-19, jemmen li tieħu l-vaċċin hu ferm aħjar milli l-konsegwenzi tal-Covid-19.
Bid-dmugħ f’għajnejh, spjega dan l-artist tas-sbuħija u influencer Malti, Henry Galea, fi stejjer li tella’ fuq Instagram fejn ħabbar kif kien għadu kif jitlef lil missieru tar-rispett kawża tal-Covid-19.
Fil-messaġġi tiegħu hu appella biex dak li jkun jitlaqqam kontra l-Covid-19 u kif filwaqt li fil-bidu kien tkellem kontriha, issa jista’ jifhem sew kif il-vaċċin aktar aħjar milli tgħaddi mill-esperjenza tal-Covid-19.
Kienu bosta li ħallewlu messaġġi ta’ kuraġġ taħt fejn esprimew id-dispjaċir tagħhom b’Henry jispjega fejn se jkun qed jieħu ftit jiem franki sabiex iqatta’ ħinu ma’ familtu.