Raġel li ttieħdulu €35,000 wara li ma ddikkjarax €36,000 fi flus kontanti hu u jitlaq minn Malta fetaħ kawża kostituzzjonali minħabba li, skont hu, kien ikkastigat b’mod sproporzjonat.
Jason James Agius twaqqaf fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fis-7 ta’ Settembru tas-sena li għaddiet qabel ma qabad titjira lejn Dubaj wara li nstab li kien qed iġorr €36,355. Il-liġi ta’ Malta tgħid li persuna ma tistax iġġorr aktar minn €10,00 mhux iddikkjarati.
B’kollox, l-akkużat kien immultat €35,443.
Fir-rikors tiegħu Agius innota ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu minħabba li kien immultat u tteħdulu l-flus f’daqqa. Qali li għalhekk, inkisirlu d-dritt fundamentali ta’ smiegħ xieraq u rimedju effettiv.
Talab biex il-Qorti tiddikkjara li l-konfiska tal-flus tikser id-drittijiet bażiċi tal-akkużat, u biex timponi sanzjoni ġdida fuqu, kif ukoll li jingħata kumpens talli nkisrulu d-drittijiet tiegħu.