“Kull persuna li kienet tafek tista’ tgħid kemm kont bniedem kwiet bil-għalaq u dejjem lest li tgħin lil kull min kien fil-bżonn.”
Qalet dan oħt David Wellmann, Kelly, f’kitba fuq il-midja soċjali.
David tilef ħajtu traġikament wara li sofra xi ġrieħi f’rasu waqt li kien qed jagħmel xogħlijiet f’daru, f’Ħal Tarxien, it-Tlieta waranofsinhar.
Oħt il-vittma qalet li ma basritx li kellu jħalli din id-dinja daqshekk malajr.
Hawnhekk intqal li l-aħħar tislima lil David se tingħata għada, is-Sibt, fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħal Tarxien fid-8:45 ta’ filgħodu. Qalet li kull min jixtieq jattendi huwa mitlub li jilbes casual.
AQRA AKTAR: