“Min kellu jgħidli li lbieraħ kellu jkun l-aħħar jum li narak…nara d-daħka tiegħek…ngħannqek u nbusek għall-aħħar darba! Kont bdejt inħobbok imma tliftek malajr wisq…huwa xokk qawwi li tistenna lil xi ħadd li ma tistax toqgħod mingħajru u tirrealizza li ttieħed mingħandek. Anke jekk kien ilna biss ftit xhur, kont kollox għalija. Strieħ fis-sliem, kont dejjem u se tibqa’ dejjem f’qalbi u f’moħħi kull darba li niftaħ għajnejja. Ma nistax nemmen li mhux se narak jew inkellmek aktar. RIP, sakemm nerġgħu niltaqgħu. Inħobbok u nħoss in-nuqqas tiegħek”.
Hekk kitbet Luana Castorina, żagħżugħa qrib ta’ Redeemer Tesi, li kmieni dalgħodu tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fil-Marsa. Meta miet fl-inċident, Redeemer kien sejjer għaliha.
Mumenti diffiċli għall-qraba li ħafna drabi jsibu wens permezz ta’ fora soċjali, fejn qraba u ħbieb jingħaqdu u jikkomunikaw dwar dan il-mument ta’ dieqa.