Waqt seminar konsultattiv dwar l-Istrateġija, s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana illum ppreżentat abbozz ta’ Strateġija mfassla biex tilħaq l-għanijiet tal-Politika għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u naghmlu qabza kbira fil-kwalita’ tal-hajja tal-persuni b’dizabilita’ u tal-familji taghhom.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana rrimarkat li t-tfassil ta’ din l-istrateġija kien il-pass naturali wara it-tnedija tal-Politika addottata minn dan il-Gvern. L-istrateġija tikkonsisti fi 13-il objettiv bi pjan ta’ azzjoni relattiv hhal kull objettiv li jinkludu l-oqsma tal-Edukazzjoni, x-xogħol, l-Aċċessibiltà, l-aċċess għall-Informazzjoni, l-aċċess għall-ġustizzja, s-Saħħa, u l-Familji ta’ Persuni b’Diżabilità.
L-Onor Caruana semmiet li din il-konsultazzjoni qiegħda ssir sabiex il-Gvern joħloq strateġija effettiva li tindirizza il-problemi li jiġu affaċċjati minn persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom ta’ kuljum. Ghalhekk qed issir din il-konsultazzjoni mal-istakeholders kollha kkonċernati.
Sessjoni oħra ta’ konsultazzjoni ser issir fil-Learning Hub t’Għajnsielem nhar is-Sibt li ġej fid-9:00am filwaqt li l-Istrateġija hija aċċessibili minn fuq is-sit elettroniku disability.gov.mt fejn kullħadd huwa mistieden li jagħti l-veduti u l-opinjoni dwar dan id-dokument.