Nhar it-Tlieta, fis-sala taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Partit Laburista organizza konsultazzjoni dwar l-iskema tal-istabbilità fil-prezzijiet, li għaliha attendew diversi membri fi ħdan l-istess Partit.
Din il-konsultazzjoni kienet indirizzata mill-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri, li spjega din l-iskema u dak li xprunaha.
Dan it-tielet patt soċjali mill-Gvern immexxi mill-Prim Ministru, Robert Abela, daħal fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ Frar u ra traħħis f’madwar 450 prodott essenzjali, fi 15-il kategorija differenti ta’ ikel.
Dan il-ftehim daħal fis-seħħ wara fethim storiku bejn il-Gvern, l-importaturi u bejjiegħa, jew sidien ta’ ħwienet tal-merċa.
Il-Ministru Schembri temm jgħid li dan il-pass ittieħed wara sensiela ta’ laqgħat ma’ diversi stakeholders, filwaqt li elenka wkoll għal diversi skemi u inizjattivi li saru sabiex tiġi kkontrollata l-isfida tal-inflazzjoni.