L-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis lokali, ARUC, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg, laqgħet rappreżentanti minn pajjiżi mill-Unjoni Ewropa fit-tieni konsultazzjoni ministerjali dwar ir-regolamentazzjoni legali tal-kannabis għall-użu mhux mediku jew xjentifiku fl-Unjoni Ewropea.
L-ARUC twaqqfet biex tistabbilixxi u tirregola sistema effiċjenti u effettiva li tiżgura l-użu tal-kannabis għall-finijiet, li mhumiex mediċi u xjentifiċi.
Fil-laqgħa ġie rrimarkat kif inhu inkwetanti li, kull sena, eluf ta’ ċittadini fl-Unjoni Ewropea jiffaċċjaw konsegwenzi soċjali u legali kbar minħabba użu, konsum, tkabbir u anke tqassim ta’ pjanti tal-kannabis.
Il-Gvern ta’ Malta ħa d-deċiżjoni biex jipprijoritizza s-saħħa tal-pubbliku, f’bidla leġiżlattiva li se tqarreb lil pajjiżna u pajjiżi oħrajn f’moviment jipprijoritizza d-drittijiet umani u s-saħħa tal-pubbliku fil-qasam tar-riforma tad-droga.
Qalet, “In an unprecedented reform we are taking control of a psychoactive substance monopulized by unscrupulized criminal organisations and furthermore we are also well equipped to address discrimination and adopt parative justice tools for the benefit of the whole of society.”
Buttigieg stqarret li, permezz ta’ din il-konsultazzjoni, tittama li ssir riżoluzzjoni fid-demokrazija, drittijiet umani u anke ġustizzja soċjali.
Il-Gvern Ġermaniż diġà approva abbozz ta’ liġi, ibbażat fuq il-liġi Maltija tal-2021 dwar il-pussess f’ammonti żgħar ta’ kannabis għall-użu responsabbli.