Il-Gvern għaddej b’konsultazzjonijiet ma’ sidien ta’ għaxar proprjetajiet madwar il-gżejjer Maltin sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn ċerti lokalitajiet jispiċċaw mingħajr każini tal-banda. Dan wara li, f’Jannar li għadda, inħarġet sejħa għas-sidien sabiex jidħlu f’negozjati mal-Gvern.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-għan huwa li l-Gvern ikun jista’ jixtri dawn il-proprjetajiet permezz tal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali. B’hekk, il-Gvern ikun jista’ jikri dawn il-proprjetajiet lill-każini sabiex dawn iħallsu kera ġusta.
Ix-xiri ta’ dawn il-proprjetajiet, li jiswew minn mijiet ta’ eluf ta’ ewro sa miljuni ta’ ewro, huma parti mill-missjoni tal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali, minħabba li jissalvagwardjaw it-tradizzjonijiet Maltin.