Il-Ministru Konrad Mizzi wieġeb għal allegazzjonijiet li għamel il-membru Parlamentari Ewropew, David Casa, fil-konfront tiegħu. Huwa qal li l-ossessjoni ta’ Casa fir-rigward tiegħu hi maħsuba biss biex taħbi l-ineffiċjenza tiegħu bħala politikant.
Fi stqarrija l-Ministru Mizzi spjega kif Casa ma ta l-ebda kontribut għall-benesseri u l-prosperità tal-Maltin. Minflok huwa kien distruttiv fl-interess ta’ Malta. Mizzi qal li huwa qed ikompli jagħmel dawn l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu minħabba kisbiet tanġibbli, bħat-tibdil tal-Enemalta, li tissolva l-problema tal-mediċini tal-istokk u l-aktar waħda riċenti fejn saret bidla pożittiva u sostenibbli għal Airmalta.
Mizzi qal li dawn huma kisbiet li rriżultaw minn sitwazzjonijiet maħluqa mill-amministrazzjoni Nazzjonalista stess,li fuq quddiem nett tagħha kien hemm l-istess Casa.
Il-Minsitru temm jgħid dan it-tfigħ ta’ tajn u tattiċċi qarrieqa huma maħsuba biss biex jintimidawh milli jkompli jaħdem għall-ġid tal-poplu Malti.