Il-membru parlamentari Konrad Mizzi deher quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi.
Dan sabiex jixhed fuq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-impjant tal-Electrogas.
Fil-laqgħa, Mizzi għażel li jibda billi jagħmel preżentazzjoni dwar dan il-proġett.
Tul il-laqgħa kien hemm bosta skambji jaħarqu bejn id-Deputat Mizzi u l-membri tal-Oppożizzjoni fuq il-Kumitat fosthom iċ-Chairman Beppe Fenech Adami.
Min-naħa tiegħu, il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield talab biex il-Kumitat ikompli b’ħidmietu: “Ejja ħa nkomplu, ejja nieqfu, mexxi dan il-kumitat b’serjetà. Ipprova l-pożizzjoni tiegħek, ipprova żomm il-pożizzjoni partiġġjana tiegħek il-bogħod mill-mod ta’ kif tippresjedi dan il-kumitat u ejja ħa nkomplu.”