Il-Ministru Konrad Mizzi ċaħad ir-rapport ta’ The Malta Independent on Sunday bit-titlu “Kickback over Enemalta privatisation probed by the FIAU” u qal li l-allegazzjonijiet li qed isiru f’dan ir-rapport huma kontinwazzjoni ta’ kampanja ta’ assassinju tal-karattru, kif kienet ippjanata mill-bidu mill-blogger Daphne Caruana Galizia.
Mizzi ċaħad bil-qawwa l-allegazzjoni ta’ aġir ħażin b’mod ġenerali u, b’mod speċifiku dwar l-investiment strateġiku fl-Enemalta plc.
Fi stqarrija, l-Ministru Mizzi tenna l-aktar fatt fundamentali: li t-trust u l-kumpanija, illum magħluqa, qatt ma kellhom kont bankarju fid-Dubai jew f’ebda post ieħor fid-dinja, qatt ma ħadmu, u qatt ma rċevew xi flus. Awditjar indipendent minn Crowe Horwath jikkonferma dawn il-fatti.
Aqra l-istqarrija kollha tal-Ministru Konrad Mizzi:
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/05/PR171353.pdf”]