Ix-xogħol taż-żabra tal-ħarrub għandu żmien daqs ħarruba iżda l-ħarrub m’għadux jiġbed l-interess bħal dari.
Bernard Vella mill-Imġarr li għandu tomniet t’art fil-Manikata spjegalna kif qabel il-ħarrub kien importanti għall-għalf tal-bhejjem.
“Qabel, pereżempju missieri, Alla jaħfirlu, konna naqtgħuh kollu, niġbruh, kien importanti għax kellna ftit bhejjem; nagħaġ u mogħoż u fniek għax qabel kull familja li kien hemm l-Imġarr kulħadd kellu tiegħu bil-Malti għax darba l-Ħadd kien ikollna xi ħaġa minn tagħna biex insajru u x’nieklu u dan allura kien importanti l-ħarrub. Kważi l-ħarrub kollu kien ikun misbur.”
Qalilna li l-ħarrub flimkien mas-silla u l-ġwież ma kinux jiekluh il-bhejjem biss iżda meta Malta kienet taħt in-nar, il-ħarrub kien flok il-ħobż il-ġobon.
“Niftakar lil missier jgħid u l-ommi, jerġa’ kienu li minbarra kien importanti għall-bhejjem tagħhom, kienu fi żmien il-gwerra kienu jużawh flok ikel u hekk, kien hemm ħafna jgħidu fl-Imġarr, ħabba n-nuqqas t’ikel li kien hawn.”
Is-Sur Vella li spjegalna kif din is-sena l-ħarrub mhux senetu, jiġifieri mhux sena tajba għalih bħal dik ta’ qabilha qalilna kif huwa sar jaqta’ mal-ħmistax-il magħlef xkejjer ta’ ħarrub.
Qalilna li huwa jirnexxielu jgħaqqad piż mhux ħażin ta’ ħarrub magħruf bħala Sqalli għax niexef u ftit tqil għax ħuh ikollu iżjed ħarrub.
Spjega kif mal-qantar ħarrub li jfisser mat-tmenin kilo ta’ ħarrub iġib il-ħlas miżeru ta’ ftit iktar minn ħdax-il ewro.
Sostna li darba minnhom meta ġie biex ħa l-ħarrub iċappas b’ċitazzjoni ma’ wiċċu u ġietu z-zalza ogħla mill-ħuta.
“Ma nafx għalxiex kont inbraxt naqra ġmiela, kelli mmur fejn it-tabib. Ten it-tabib u neffaqni għandi jkun xi ħmistax-il ewro pirmli u jien kull ma kelli xi tnejn u ħamsin ewro bħala ħarrub u ġejt bit-telf, biċ-ċitazzjoni u bit-tabib ġejt bit-telf jiġifieri m’erġajtx mort, daqshekk kienet qed tifhimha. Bis-serjetà mhux gidba imma l-prezz huwa baxx tal-ħarrub.”
Iżda minkejja din l’hekk ħalfa solenni li ma jerġax jinżel għall-ħarrub, l-imħabba lejn dawn is-siġar tegħleb kull sfida oħra, u Bernard Vella xorta jmur jaqta’ l-ħarrub biex minnu jagħmel xi ftit ġulebb ħelu manna.