Minkejja li b’inqas udjenza mis-soltu, din is-sena sar ukoll il-konkors tal-moda ta’ Gaffiero Productions tal-Milied b’differenza.
Fil-konkors, il-kontestanti libsu kostumi tal-Milied kif ukoll ilbies eleganti.
Martha Urpani, tfajla ta’ 16-il sena, rebħet it-titlu ta’ Miss Teen Christmas 2020, u Elizabeth Darmanin mill-Kalkara, ħadet it-titlu ta’ Miss Christmas.
Mister Christmas intrebaħ minn Malcolm Pirotta min-Naxxar, u Diana Cassar Bonnici, omm ta’ tifel rebħet it-titlu ta’ Mrs Christmas.
Kien hemm kategorija oħra għan-nanniet, li ntrebaħ minn Patricia Darmanin ta’ 62 sena.
Din is-sena, l-attività kienet maqsuma fuq jumejn. Is-Sibt sar il-konkors tal-kbar, u l-Ħadd għat-tfal, fejn Slavin Col tifel ta’ sitt snin rebaħ Junior Mr Christmas, u Kanzie Frendo ta’ erba’ snin ħadet it-titlu ta’ Miss Christmas.
Jade Domenici ta’ 10 snin u Chanel Xerri minn Għawdex ħadu l-Junior Miss Christmas.
Is-serata ġiet organizzata minn Ivan Gaffiero.