L-awtopsja fuq il-katavru tal-ġurnalista Caruana Galizia saret bħal-lum ġimgħa. Għaldaqstant wara li saru l-eżaminazzjonijiet neċessarji, l-katavru ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat u l-funeral tagħha mistenni li jsir fil-jiem li ġejjin.
Jidher li l-informazzjoni u t-tagħmir teknoloġiku kollu tal-ġurnalista ġie depożitat f’post sikur barra l-pajjiż. B’hekk esperti barranin se jippruvaw jirkupraw informazzjoni li tista’ tkun utli fl-investigazzjoni.
Daphne Caruana Galizia mietet fi splużjoni ta’ karozza bomba fis-16 t’Ottubru li għadda fil-Bidnija.