Fi ħdan l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tirrenja konfużjoni sħiħa dwar il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, organu kostituzzjonali li ġie fdat imexxi proċess ġdid għall-ħatra ta’ kummissarju tal-pulizija l-ġdid skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.
Il-Kummissjoni tqabbdet toħroġ kompetizzjoni pubblika u tevalwa l-applikazzjonijiet tal-kandidati idonei għall-kariga/
Barra l-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li għandu fiduċja f’din il-Kummissjoni, iżda ma jridx li tkun hi li tevalwa l-applikazzjonijiet għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija/
“Jiġifieri biex nara jekk fhimtekx sew inti fil-kummissjoni għandek fiduċja?” “Fil-kummissjoni għandi fiduċja.” Stqarr il-Kap Nazzjonalista.
Mhux tal-istess fehma kien il-Viċi-Kap Nazzjonalista, David Agius li spiċċa żbalja anke dwar in-numri fil-membri ta’ din il-Kummissjoni.
“Minn ħamsa hemm tlieta tal-Gvern u tnejn tal-Oppożizzjoni, jiġifieri l-maġġoranza hija tan-naħa tal-Gvern.” Qal Agius.
Il-Kummissjoni hija entità Kostituzzjonali, b’żewġ membri maħtura mill-Prim Ministru u żewġ membri mill-Kap tal-Oppożizzjoni.
Iċ-Chairman Louis Naudi, huwa maqbul bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.
Fost id-deputati Nazzjonalisti spikkat il-konfużjoni, b’min jgħid li għandu fiduċja, min le u min sabha bi tqila biex ilissen kelma.
“Il-Public Service Commission? Iva.” Qal Kevin Cutajar.
“Għandek fiduċja?” “Għandi d-dubji kbar.” Kompla Mario Galea.
Imbagħad kien hemm id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa jekk tal-ONE għadhomx ħajjin.
Bartolo ħaseb li dan l-istazzjon għalaq.
“Tafda fil-PSC?” “Mela għadhom ħajjin dawn tal-ONE? Ħsibthom għalqu.” Qal Bartolo.
Mistoqsi għandux fiduċja fil-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li ċ-Ċermen tagħha nħatar bl-appoġġ tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil wieġeb lill-ġurnalista tal-ONE li jiddispjaċih għaliha.
“Mela inti qiegħda mas-Super ONE, ohhh jiddispjaċini għalik, ċaw!” Qal Busuttil.