Dalgħodu uffiċjali tad-Dwana stazzjonali fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta qabdu passiġġier li fuqu kellu aktar minn €25,000 fi flus kontanti mhux iddikjarati. Il-passiġġier lu huwa Libjan li ġie mwaqqaf fil-mumenti qabel tela’ fuq l-ajrulan.
Meta mistoqsi kellux flus mhux dikjarati fuqu huwa wieġeb fil-pożittiv u spjega kif il-flus kienu poġġuti fil-bagalja li kienet tiġa ttieħdet fl-ajruplan.
Wara tfittxija l-uffiċjali tad-Dwana sabu €25,555 fi flus.
Skond il-liġi d-Dwana rritornat lura l-€10,000 fi flus permissibli filwaqt li kkonfiskat il-€15,555 oħra li kienu mhux ddikjarati.