Il-Qorti Kriminali kkonfermat il-pleġġ mogħti lil Angus Camenzuli, li ngħata l-libertà proviżorja wara li ġie mixli fil-Qorti b’pussess aggravat ta’ droga kokaina.
Ir-raġel ta’ ħamsa u għoxrin sena minn Ħ’Attard ġie arrestat matul il-lejl ta’ bejn it-tieni u t-tielet ta’ Mejju li għadda wara li twaqqaf f’roadblock fi Triq il-Wied, l-Imsida.
Fil-Qorti ġie akkużat li nqabad b’sebgħa u tmenin qartas ta’ sustanza suspettata kokaina.
Għaldaqstant id-depożitu minn elf ewro, tela’ għal erbat elef ewro u l-garanzija personali niżlet għal sitt elef ewro.
Il-Qorti ordnatlu biex ma joħroġx mid-dar qabel is-sitta ta’ filgħodu u jkun id-dar sas-sebgħa ta’ filgħaxija.