Mara ta’ tletin sena kellha s-sentenza konfermata wara li l-Qorti tal-Appell ma laqgħetx it-talba tagħha biex tnaqqsilha l-piena ta’ sitt xhur ħabs.
Il-mara kienet ammettiet li f’April ta’ sentejn ilu kienet fil-pusses tad-droga kokaina u arma li taqta’ bil-ponta.
L-Imħallef Giovanni Grixti qal li kienet diġa ingħatat sentenza sospiza fuq każ preċedenti li kien jinvolvi serqa minn San Ġiljan. Kien fid-dawl ta’ dan li peress li l-mara kienet reċediva, il-Qorti kkonfermat is-sentenza li ngħatat qabel.