Matul il-jum il-Pulizija ssoktat bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-qtil makabru ta’ Maria Lourdes u bintha Angele Bonnici fil-Gudja.
Sorsi qalu ma’ one.com.mt li kollox jindika li ż-żewġ nisa ma nqatlux fl-għalqa li nstabu midfunin fiha iżda f’post ieħor li għad irid jiġi stabbilt.
Għalkemm mhux qed ikun eskluż li l-vittmi nqatlu fid-dar tagħhom allegatament b’daqqiet ta’ mazza minn iben u l-ħu l-vittmi u wara nġarru għall-għalqa li fiha nstabu l-katavri tal-vittmi.
L-istess sorsi qalu li l-iben għadu qiegħed jiġi mitkellem mill-Pulizija bil-għan li jiġi stabbilit il-motiv wara dan il-qtil doppju.
Sorsi li tkellmu ma’ dan l-istazzjon u li kienu jafu sew lil din il-familja magħrufa bħala Ta’ Kromu, qalu l-omm kienet turi ċertu possessività fuq binha li ddeskrivewh bħala ġuvni bilgħaqal u li qatt ma ta fastidju lil ħadd.
http://www.one.com.mt/2019/03/30/omm-u-bint-jinsabu-maqtula-fil-limiti-ta-hal-ghaxaq/