Il-Fragile States Index huwa rapport annwali ppublikat mill-Fund For Peace – organizazzjoni indipendenti Amerikana li taħdem favur is-sostenibilità u kontra l-kunflitt vjolenti.
Kull sena mill-2005 ippublikat elenku ta’ pajjiżi fi ħdan il-Ġnus Magħquda, b’dawk fl-aktar riskju ta’ kollass fuq quddiem nett, u dawk l-aktar stabbli lejn l-aħħar.
Fl-2007, Malta kienet fil-144 post fost 177 pajjiż. Fl-indiċi li għadu kemm ġie ppublikat għall-2015, pajjiżna kien elenkat fil-151 post – avvanz ta’ seba postijiet, biex b’hekk huwa ikkonfermat pajjiż stabbli.
Dan il-Gvern jisħaq ħafna dwar l-istabilità. Kien biss riċentament, permezz ta’ proġetti mwettaq minn dan il-Gvern, li tnissel sens ta’ ċertezza dwar it-tariffi fl-enerġija, biex l-ekonomija tal-pajjiż tkun aktar stabbli u tkompli tikber. Inċentivi favur in-negozji, flimkien ma’ passi lejn inqas burokrazija u aktar trasparenza qiegħdin jiksbu rikonoxximent internazzjonali.