L-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista fi stqarrija qal li d-diskors partiġġjan tal-Kap tal-Oppożizzjoni jikkonferma li l-unika politika li qed jippriedka bħalissa Simon Busuttil hija dik li trid tifred il-pajjiż u provokattiva. Is-serenità li teżisti fil-pajjiż tikkuntrasta l-ħdura li qed jipprova jxerred Simon Busuttil.
Dan huwa l-istess Simon Busuttil li qabel l-elezzjoni li għaddiet tkellem dwar min hu blu u min hu aħmar u min hu wiċċ ta’ Nazzjonalist jew wiċċ ta’ Laburist. Il-bniedem ma nbidilx mill-2013 lil hawn. Il-poplu se jerġa’ jirrifjuta din l-istil ta’ politika.L-id tal-ħbiberija li dejjem offra l-Prim Ministru lill-poplu Malti u Għawdxi kollu u s-sens ta’ ottimiżmu li jeżisti f’pajjiżna se jibqgħu minkejja d-diskorsi diviżivi tal-Kap tal-Oppożizzjoni.