Waqt żjara li l-President Marie-Louise Coleiro Preca għamlet fl-uffiċċini ta’ Goldcar Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, id-diriġenti ppreżentaw żewġ karozzi ġodda bħala donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund Foundation.
Din hija it-tieni donazzjoni tax-xorta tagħha mill-kumpanija li, sentejn ilu taw tliet karozzi u vann għall-użu tal-Malta Community Chest Fund Foundation.
John Camilleri, Chairman tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund Foundation qal li dawn il-karozzi se jkomplu isaħħu s-servizzi tal-Malta Community Chest Fund Foundation.
Il-President qalet li din hija konferma tal-qalb kbira tal-Maltin u l-Għawdxin li ma jiddejqu qatt jagħtu milli jkollhom.