Fi stqarrija il-Partit Laburista qal li l-aħbar ta’ riforma fil-kirjiet ta’ qabel l-elf disa’ mija u ħamsa u dsigħin hija prova oħra ċara ta kemm Gvern Laburista, bil-fatti, jaġixxi fl-aqwa interessi tal-poplu.
L-istqarrija qalet li din ir-riforma hija ta’ serħan il-moħħ u se tħalli aktar flus fil-but tal-familji Maltin u Għawdxin. Dan filwaqt li qed ikun assigurat kumpens xieraq għal dawk li għandhom il-propjetà li qed tintuża għall-kiri.
Bir-riforma mħabbra llum, l-isqarrija żiedet tgħid li għandna konferma oħra ta’ kemm Partit Laburista fil-Gvern joffri s-soluzzjonijiet għall-inġustizzji u l-isfidi li jsibu quddiemhom il-Maltin u l-Għawdxin. Gvern Laburista li ma jintilifx fil-battibekki politiċi iżda jaħdem u jistinka għall-aħjar interessi tal-poplu tiegħu.