Fl-aħħar rapport ta’ riċerka tagħha, l-Caritas tikkonferma li pajjiżna ra tnaqqis fost dawk f’riskju ta’ faqar is-sena li għaddiet.
Ir-rapport “A Minimum Essential Budget for a Decent Living” jinnota li l-baġit annwali li hemm bżonn sabiex familji jgħixu ħajja diċenti huwa €11,445.99. Familji b’paga minima u li qed igawdu minn tapering ta’ benefiċċji (li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol mingħajr ma jinqatawlhom benefiċċji millewwel) qedin jilħqu dan l-ammont u jissuperawh, bi dħul medju jkun €13,524.68.
https://youtu.be/RbFiHNylRew
L-istudju jindika l-effett ta’ diversi miżuri li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kapaci jdumu ftit ma jibdew jidhru bis-sħiħ fl-istatistika. Familji li qed jirċievu l-inwork benefit flimkien ma benefiċji oħra riesqin lejn li jilħqu l-paga minima kkalkulata li twassal għal ħajja dinjituża.
Minn naħa l-oħra, dawk li qed jirċievu assistenza soċjali jew allowances għax ma jaħdmux huma aktar bod milli jilħqu dan l-ammont ta’ dħul. Din hija konferma li dawk l-aktar fil-bżonn huma dawk li mhumiex fid-dinja tax-xogħol, u li għalhekk tagħmel sens il-politika mħaddna minn din l-amministrazzjoni, iffokata fuq il-ħolqien tal-impjiegi.
Il-Caritas ikkalkolat li ġenituri waħedhom b’żewġt’itfal għandhom bżonn €9,197.37 biex jgħixu b’mod dinjituż. Familji ta’ dan it-tip, u li jirċievu l-paga minima, qed jaqbżu dan l-ammont b’aktar minn €2,000. Familji bil-paga minima u li qed igawdu minn tapering ta’ benefiċċji, jaqbżu dan l-ammont b’aktar minn €4,000. Jilħqu l-ammont minimu wkoll, dawk li jirċievu pensjoni tar-romol. Għal darb’oħra dawk li mhumiex fid-dinja tax-xogħol qed ibgħatu sabiex jilħqu l-ammont minimu għal ħajja dinjituża.
Il-politika tal-enerġija ta’ din l-amministrazzjoni qed tħalli differenza tanġibbli f’ħajjet in-nies. Fi studju preċedenti li kienet ippublikat fl-2012, il-Caritas kienet ikkalkolat li familja ta’ żewġ adulti b’żewġt’itfal, ġenitur waħdu b’żewġt’itfal u koppja anzjana kellhom bżonn jonfqu €629, €568 u €525 rispettivament fuq dawl u ilma. Skont l-aħħar rapport tal-Caritas issa din in-nefqa naqset għal €276, €235 u €206 rispettivament.
Fl-2012 l-ispiża fuq ċilindri tal-gas għal dawn il-familji kienet ta’ €170, €170 u €204 rispettivament. Illum dawn naqsu ghal €120, €120 u €140 rispettivament.
Naqsu wkoll l-ispiża fuq uniformijiet tal-iskola, l-ispiża fuq trasport pubbliku għall-anzjani u l-ispiża fuq mediċini. L-istudju tal-Caritas juri li bil-pensjoni minima ġdida li daħlet din l-amministrazzjoni, il-baġit minimu għal ħajja diċenti ntlaħaq b’mod sodisfaċenti.
Konferma oħra li l-politika tal-Gvern qed tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.Hekk stqarr il-Ministru għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali Michael Farrugia b’reazzjoni għar-rapport tal-Caritas. Il-Ministru qal li dan ir-rapport jikkuntrasta bil-kbir l-aħħar rapport tal-2012. L-inizjattivi tal-Gvern fil-qasam soċjali u roħs fil-kontijiet u roħs fil-gass waslu għal dan it-titjib esperjenzat.
Waqt il-preżentazzjoni tar-rapport “A Minimum Essential Budget for a Decent Living 2016”
Noted #Caritas suggestions for gradual increase in minimum wage and study on income adequacy. Welcome debate on these important issues -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) May 17, 2016
#Caritas report shows drastic improvement in accessibility and affordabilty of #health and #transport for elderly in #Malta -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) May 17, 2016