Informazzjoni li għadha kif ippubblikat il-EUROSTAT turi li bejn April u Ġunju, Malta kellha l-ikbar żieda fit-tkabbir ekonomiku mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur tal-2018.
Il-EUROSTAT qalet li Malta kellha l-ikbar tkabbir ta’ 1.9%, segwita mill-Estonja u r-Rumanija li raw tkabbir ekonomiku ta’1.4%.
L-inqas pajjiżi Ewropej li rreġistraw tkabbir ekonomiku bejn l-ewwel u t-tieni kwart ta’ din is-sena, kienu id-Danimarka, il-Greċja, Franza u l-Italja.
F’dan l-istess perjodu, iż-żona ewro rat tkabbir ta’ madwar 0.4%.
Din l-aħbar ġiet jum biss wara li pajjiżna rreġistrat tkabbir ekonomiku ta’ 5.9%:
http://www.one.com.mt/2018/09/06/malta-bi-tkabbir-ekonomiku-bsahhtu-ta-5-9-bejn-april-u-gunju-2/