“Naħseb kienet konferma li l-pajjiż miexi fit-triq it-tajba meta bit-tmexxija taħt il-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat li l-poplu qed jistenna li nkomplu fit-triq li għaddejna matul dawn l-aħħar sitt snin u li nkomplu nsaħħuha fuq livell Malti u kif ukoll fuq livell Ewropew.”
Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-MEP Alfred Sant wara li ġie elett b’26,592 vot.
Dr. Sant qal kif fl-Ewropa se jkun qed ikompli, flimkien mal-membri Parlamentari Laburista li ġew eletti, iħares u jiddefendi l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha b’sens ta’ ħeġġa u impenn għall-interess nazzjonali.
Isma hawn taħt ir-reazzjoni kollha tal-MEP Alfred Sant.