Deċiżjoni tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikkonfermat li l-ġurnalista ta’ Net News għamlet il-mistoqsijiet kollha li riedet lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri. Dan anke jekk sostniet mod ieħor u marret tagħmel ilment għand l-Istitut għall-Ġurnalisti Maltin.
Meta rreaġixxa għal dan il-Ministru Camilleri qal li “d-deċiżjoni tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin dwar l-ilment ta’ NET NEWS fil-konfront tiegħi ma setgħetx tgħid mod ieħor ħlief li ‘l-ġurnalista staqsiet id-domandi pjanati.’”
Saħansitra kien diġà ppubblika filmat li juri dan.
Il-Ministru Camilleri żied kif id-deċiżjoni tal-IĠM saħansitra kien innotat kif provdejna l-aqwa faċilitajiet biex mhux biss il-ġurnalisti jistaqsu, iżda biex teknikament ikollhom ukoll l-aqwa kwalità.
Qal ukoll li ngħataw ukoll xi suġġerimenti li wieħed jista’ jikkunsidrahom. “Iżda, m’hemmx dubju li anke f’dan il-każ NET NEWS qed ikompli jispeċjalizza fil-qerq,” qal Camilleri.