Awtopjsa li saret fuq il-fekruna rari li l-Erbgħa inġabret mill-Forzi Armati fiċ-Ċirkewwa ikkonfermat li l-kawża tal-mewt kien li l-pulmun imtela bl-arja minħabba li kienet belgħet ħafna plastic. Dan qalu Dr.Anthony Gruppetta, il-veterinarju li għamel l-awtopsja f’isem in-Nature Trust.
Il-Fekruna li tiżen 190kg nstabet mejta fil-Qala, Għawdex, u fi stqarrija fuq il-midja soċjali, Nature Trust Malta ddeskriviet l-ispeċi tal-fekruna bħala l-ikbar u l-iktar vulnerabbli madwar id-dinja. Qalu ukoll li huwa rari li din l-ispeċi tinstab fil-Mediterran. Il-fekruna nstabet ukoll magħquda f’nett, bil-kawża li ndarbulha l-muskoli.
Nature Trust fakkar ukoll kif l-aħħar darba li fekruna ta’ din l-ispeċi nstabet mejta bil-Gżejjer Maltin kien f’Lulju tal-2015, ukoll kawża ta’ plastik fis-sistema diġestiva.