Id-delegati tal-Partit Laburista kkonfermaw b’vot b’saħħtu t-tmexxija tal-Partit Laburista wara r-rebħa elettorali storika li l-Partit Laburista kiseb fl-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu.
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela kien ikkonfermat b’vot ta’ 96.7% tad-delegati tal-Partit Laburista.
Id-Deputat Prim Ministru u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Chris Fearne kiseb il-fiduċja ta’ 95.3%
Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef kien ikkonfermat b’vot ta’ 96.5%.
F’din l-elezzjoni d-delegati wkoll ipparteċipaw bi ħġarhom hekk kif ivvotaw 678 delegat.
Fi stqarrija l-Partit Laburista ħabbar li l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista kkonferma wkoll erba’ ħatriet fl-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista. Dawn huma;
- Ramona Attard bħala President tal-Partit Laburista
- Louis Gatt bħala Viċi President tal-Partit Laburista
- William Lewis bħala Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista
- Marc Vella Bonnici bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista
Il-Konferenza Ġenerali tagħlaq bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela għada bl-attivita ta’ Jum il-Ħaddiem, fil-Belt Valletta, mit-15:00 ‘il quddiem.