Għal darb’oħra erġajna konna preċiżi. Kif żvelajna lbieraħ Salvu Mallia x’aktarx ikollu programm fuq Net Television.
Dan bħala parti mill-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista li jpoġġi fuq l-istazzjonijiet tiegħu l-iktar kandidati agressivi u negattivi biex jissokta l-attakk aħrax fuq il-Gvern. Filwaqt li David Thake x’aktarx jidħol lura fuq Radio 101, Mallia x’aktarx imur fuq it-television. Xi ħaġa li kkonferma Fenech Adami, li ma’ The Malta Independent qal li “ma tkunx idea ħażina.”
Dan għax skont Fenech Adami l-Partit Nazzjonalista jrid juża aħjar it-talenti tal-kandidati tiegħu.